6. Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u 3, l-ivvampjar għandu jkun permess biss meta l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post, il-ħżin għall-użu aktar tard jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq ma jkunux fattibbli għal raġunijiet għajr kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa li jużaw l-ivvampjar minflok l-injezzjoni mill-ġdid, l-użu fuq il-post, il-ħżin għal użu aktar tard jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq.