|
+Artikolu 18 3 |
Artikolu 18 33. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, rapporti li jkun fihom informazzjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan u, fejn tagħmir ta’ monitoraġġ tal-pressjoni jeżisti, informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-pressjoni mill-bjar inattivi kollha u l-bjar magħluqa temporanjament għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti sal-5 ta’ Mejju 2026 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja u fl-ilma u informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-pressjoni, fejn applikabbli, bl-użu tal-istandards jew tal-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32. Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi, l-operaturi u l-Istati Membri, kif applikabbli, għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u jużaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan. Meta l-operaturi jew l-Istati Membri jirrapportaw l-emissjonijiet tal-metan fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istat Membru rilevanti huwa parti, ir-rapporti msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jinkludu l-informazzjoni rrapportata fil-qafas ta’ tali ftehimiet. Rapporti dwar bjar inattivi u bjar magħluqa temporanjament li jinsabu fi Stati Membri b’total ta’ mill-inqas 40 000 bir inattiv, bir magħluq temporanjament u bir magħluq u abbandunat b’mod permanenti għandhom jiġu sottomessi sa 12-il xahar wara l-inklużjoni ta’ kull wieħed mill-bjar fl-inventarju u sal-31 ta’ Mejju kull sena minn hemm ’il quddiem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|