+Artikolu 18 Bjar inattivi, bjar magħluqa temporanjament u bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7
---+Artikolu 18 8
---+Artikolu 18 9
---+Artikolu 18 10
---+Artikolu 18 11
---+Artikolu 18 12
|
Artikolu 18 Bjar inattivi, bjar magħluqa temporanjament u bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. Sal-5 ta’ Awwissu 2025, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju tal-bjar kollha inattivi, bjar magħluqa temporanjament u bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom li huma rreġistrati jew fejn informazzjoni jew evidenza dwar il-post tagħhom ikunu disponibbli jew fejn il-post ikun jista’ jiġi identifikat permezz tal-isforzi raġonevoli kollha. Dak l-inventarju għandu jinkludi mill-inqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V.
L-Istati Membri għandhom iżommu u jżommu aġġornat dak l-inventarju, inkluż billi jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex isibu u jiddokumentaw il-bjar inattivi identifikati kollha, il-bjar magħluqa temporanjament u l-bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti li jinsabu fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, abbażi ta’ valutazzjoni robusta li tqis l-aktar sejbiet xjentifiċi aġġornati u l-aħjar tekniki disponibbli.
|
|
Artikolu 18 2
|
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni evidenza tal-eżistenza fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ta’ 40 000 jew aktar bir inattiv, bir magħluq temporanjament u bir magħluq u abbandunat b’mod permanenti rreġistrati, jistgħu jadottaw pjan għat-tlestija tal-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan jew id-dimostrazzjoni li ma hemm l-ebda emissjoni tal-metan, kif applikabbli, fir-rigward ta’ dawk il-bjar, inkluż mill-inqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V, u jagħmluh disponibbli għall-pubbliku, dment li:
|
(a)
|
sal-5 ta’ Awwissu 2025, mill-inqas 20 % ta’ dawn il-bjar jiġu inklużi fl-inventarju filwaqt li tingħata prijorità lill-bjar inattivi u magħluqa temporanjament;
|
|
(b)
|
sal-5 ta’ Awwissu 2026, mill-inqas 40 % ta’ dawn il-bjar jiġu inklużi fl-inventarju;
|
|
(c)
|
kull 12-il xahar wara l-5 ta’ Awwissu 2026, mill-inqas 15 % ta’ dawk il-bjar jiġu inklużi fl-inventarju;
|
|
(d)
|
il-bjar kollha jiġu inklużi fl-inventarju sal-5 ta’ Awwissu 2030.
|
Dak il-pjan għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 18 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, rapporti li jkun fihom informazzjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan u, fejn tagħmir ta’ monitoraġġ tal-pressjoni jeżisti, informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-pressjoni mill-bjar inattivi kollha u l-bjar magħluqa temporanjament għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti sal-5 ta’ Mejju 2026 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem.
Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja u fl-ilma u informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-pressjoni, fejn applikabbli, bl-użu tal-istandards jew tal-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32. Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi, l-operaturi u l-Istati Membri, kif applikabbli, għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u jużaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan.
Meta l-operaturi jew l-Istati Membri jirrapportaw l-emissjonijiet tal-metan fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istat Membru rilevanti huwa parti, ir-rapporti msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jinkludu l-informazzjoni rrapportata fil-qafas ta’ tali ftehimiet.
Rapporti dwar bjar inattivi u bjar magħluqa temporanjament li jinsabu fi Stati Membri b’total ta’ mill-inqas 40 000 bir inattiv, bir magħluq temporanjament u bir magħluq u abbandunat b’mod permanenti għandhom jiġu sottomessi sa 12-il xahar wara l-inklużjoni ta’ kull wieħed mill-bjar fl-inventarju u sal-31 ta’ Mejju kull sena minn hemm ’il quddiem.
|
|
Artikolu 18 4
|
4. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bi kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan u, fejn jeżisti tagħmir ta’ monitoraġġ tal-pressjoni, data dwar il-monitoraġġ tal-pressjoni li turi li ma kien hemm l-ebda emissjoni tal-metan minn bir fuq l-art magħluq temporanjament matul l-aħħar 5 snin, il-paragrafu 3 ma għandux jibqa’ japplika għal dak il-bir.
Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bi kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan u, fejn jeżisti apparat għall-monitoraġġ tal-pressjoni, id-data dwar il-monitoraġġ tal-pressjoni li turi li ma kien hemm l-ebda emissjoni tal-metan minn bir lil hinn mill-kosta inattiv jew bir lil hinn mill-kosta magħluq temporanjament matul l-aħħar 3 snin, il-paragrafu 3 ma għandux jibqa’ japplika għal dak il-bir.
|
|
Artikolu 18 5
|
5. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti b’evidenza affidabbli ta’ ammonti materjali ta’ emissjonijiet tal-metan f’bir lil hinn mill-kosta inattiv jew f’bir magħluq temporanjament wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, jew f’bir magħluq u abbandunat b’mod permanenti u fejn dik l-evidenza tkun ġiet ikkonfermata minn parti terza indipendenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni għal dak il-bir tal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu fir-rigward ta’ bjar magħluqa temporanjament.
|
|
Artikolu 18 6
|
6. Meta l-emissjonijiet tal-metan jiġu identifikati fi bjar inattivi, fi bjar magħluqa temporanjament jew fi bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti, l-Istati Membri jew il-parti responsabbli skont il-paragrafu 8 għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa disponibbli għalihom biex jirrimedjaw, jirreklamaw u jagħlqu b’mod permanenti dak il-bir, kif applikabbli, fejn ikun teknikament fattibbli u filwaqt li jqisu l-impatt ambjentali tax-xogħlijiet meħtieġa fid-dawl tat-tnaqqis assoċjat tal-emissjonijiet tal-metan.
|
|
Artikolu 18 7
|
7. Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati minn verifikatur u għandhom jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 18 8
|
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stipulati fil-paragrafi 3 sa 7 u l-paragrafu 9. Meta operatur, sid, detentur ta’ liċenzja jew parti b’xi mod ieħor responsabbli għall-bir skont il-liġi nazzjonali tipprovdi lill-awtorità kompetenti evidenza adegwata u affidabbli biex turi li ma għandhiex il-mezzi finanzjarji adegwati biex tissodisfa dawk l-obbligi jew fejn il-parti responsabbli ma tistax tiġi identifikata, l-Istat Membru għandu jġorr ir-responsabbiltà għal dawk l-obbligi.
|
|
Artikolu 18 9
|
9. Sal-5 ta’ Awwissu 2026, l-Istati Membri jew il-parti responsabbli, f’konformità mal-paragrafu 8, għandhom iħejju pjan ta’ mitigazzjoni biex jirrimedjaw, jirreklamaw u jagħlqu b’mod permanenti bjar inattivi u bjar magħluqa temporanjament inkluż mill-inqas l-elementi stipulati fil-Parti 2 tal-Anness V, u jimplimentawh fi żmien 12-il xahar mill-preżentazzjoni tal-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 3.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn Stat Membru jew il-parti responsabbli skont il-paragrafu 8 tkun tista’ turi li l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ta’ mitigazzjoni ma tkunx possibbli sa dik l-iskadenza minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza, dawk amministrattivi jew tekniċi, huma jistgħu jdewwmu l-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta’ mitigazzjoni għandu jinkludi l-evidenza meħtieġa kollha li tiġġustifika tali deċiżjoni. F’każijiet bħal dawn, l-implimentazzjoni għandha titwettaq malajr kemm jista’ jkun filwaqt li jiġi żgurat li d-data tat-tmiem għall-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni għal kull bir ma taqbiżx it-3 snin mill-preżentazzjoni tal-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 3.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-parti responsabbli temenda l-pjan ta’ mitigazzjoni b’kont meħud tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jew il-parti responsabbli skont il-paragrafu 8 għandhom jaġġornaw regolarment il-pjan ta’ mitigazzjoni, f’konformità mal-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 u r-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 u kwalunkwe bidla jew informazzjoni ġdida derivata minnu, u abbażi ta’ valutazzjoni robusta li tqis l-aktar sejbiet xjentifiċi aġġornati u l-aħjar tekniki disponibbli.
Il-pjanijiet ta’ mitigazzjoni għandhom jużaw l-inventarji msemmija fil-paragrafu 1 u r-rapporti msemmija fil-paragrafi 3 sabiex jiddeterminaw il-prijorità għall-attivitajiet, inkluż:
|
(a)
|
ir-rimedjazzjoni, ir-reklamazzjoni u l-mili permanenti tal-bjar;
|
|
(b)
|
ir-reklamazzjoni ta’ toroq ta’ aċċess relatati jew il-ħamrija tal-madwar taħt l-ilma, kif applikabbli;
|
|
(c)
|
ir-restawr tal-art, tal-ilma, tal-qiegħ il-baħar u tal-ħabitat affettwati mill-bjar u mill-operazzjonijiet preċedenti;
|
|
(d)
|
il-monitoraġġ sabiex jiġi żgurat li l-bjar magħluqa mhumiex sors ta’ emissjonijiet tal-metan f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
|
|
Artikolu 18 10
|
10. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu u jagħmlu r-rapporti u l-pjanijiet ta’ mitigazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku u l-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 5(4), fi żmien 3 xhur mill-preżentazzjoni tagħhom minn operatur jew it-tlestija ta’ pjan ta’ mitigazzjoni minn Stat Membru.
|
|
Artikolu 18 11
|
11. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/56/KE u 2013/30/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw il-bjar taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta li jinsabu f’fond tal-ilma ta’ aktar minn 700 metru mir-rekwiżiti skont il-paragrafu 3 jew 9 ta’ dan l-Artikolu, jekk tkun tista’ tiġi pprovduta evidenza robusta li l-impatt fuq il-klima tal-emissjonijiet potenzjali tal-metan minn dawk il-bjar x’aktarx li jkun negliġibbli.
|
|
Artikolu 18 12
|
12. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/56/KE u 2013/30/UE, u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, bjar lil hinn mill-kosta magħluqa temporanjament u bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti li jinsabu f’fond tal-ilma ta’ bejn 200 u 700 metru jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti skont il-paragrafu 3 jew 9 ta’ dan l-Artikolu meta l-operatur jista’ jipprovdi evidenza li l-impatt fuq il-klima tal-emissjonijiet potenzjali tal-metan minn dawk il-bjar x’aktarx li jkun negliġibbli b’referenza għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali mwettqa qabel it-tħaffir jew wara aċċidenti matul l-operazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|