2. Sal-5 ta’ Awwissu 2030, u kull sena minn hemm’il quddiem, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni li jintroduċu żejt mhux maħdum, gass naturali u faħam fis-suq tal-Unjoni taħt kuntratti ta’ provvista konklużi jew imġedda wara l-5 ta’ Awwissu 2030 għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti li l-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam introdotti fis-suq tal-Unjoni, ikkalkulata f’konformità mal-użu tal-metodoloġija stabbilita skont il-paragrafu 4, tkun inqas mill-valuri massimi tal-intensità tal-metan stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 6 biex jippromwovu t-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tal-metan għal dawk il-prodotti.