+Artikolu 29 Intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
|
Artikolu 29 Intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. Sal-5 ta’ Awwissu 2028 u kull sena minn dak iż-żmien “il quddiem, għall-kuntratti ta’ provvista konklużi jew imġedda fi jew wara l-4 ta’ Awwissu 2024, il-produtturi tal-Unjoni u, skont l-Artikolu 27(1), l-importaturi tal-Unjoni għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti l-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam introdotti minnhom fis-suq tal-Unjoni kkalkulata f’konformità mal-użu tal-metodoloġija stabbilita skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Għall-kuntratti ta’ provvista konklużi qabel l-4 ta’ Awwissu 2024, il-produtturi tal-Unjoni u, skont l-Artikolu 27(1), l-importaturi tal-Unjoni għandhom iwettqu l-isforzi raġonevoli kollha biex jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti l-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam introdotti minnhom fis-suq tal-Unjoni kkalkulata f’konformità mal-użu tal-metodoloġija stabbilita skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Mill-5 ta’ Awwissu 2028, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni li jintroduċu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam fis-suq tal-Unjoni għandhom jirrapportaw kull sena lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti dwar ir-riżultati ta’ tali sforzi.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. Sal-5 ta’ Awwissu 2030, u kull sena minn hemm’il quddiem, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni li jintroduċu żejt mhux maħdum, gass naturali u faħam fis-suq tal-Unjoni taħt kuntratti ta’ provvista konklużi jew imġedda wara l-5 ta’ Awwissu 2030 għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti li l-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam introdotti fis-suq tal-Unjoni, ikkalkulata f’konformità mal-użu tal-metodoloġija stabbilita skont il-paragrafu 4, tkun inqas mill-valuri massimi tal-intensità tal-metan stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 6 biex jippromwovu t-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tal-metan għal dawk il-prodotti.
|
|
Artikolu 29 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu mill-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni skont dan l-Artikolu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tipproteġi l-kunfidenzjalità ta’ tali informazzjoni, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 29 4
|
4. Sal-5 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu, fil-livell tal-produttur, tal-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Dik il-metodoloġija għandha tqis il-proċessi ta’ produzzjoni u l-kundizzjonijiet tas-sit differenti, kif ukoll il-metodoloġiji internazzjonali eżistenti u l-aħjar prattika għall-kalkolu tal-intensità tal-metan. Dik il-metodoloġija għandha tkun nondiskriminatorja u bbażata fuq kriterji trasparenti u oġġettivi. Meta tħejji tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-prodotti taż-żejt u petroliferi, lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku, u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 29 5
|
5. Sal-5 ta’ Awwissu 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt potenzjali ta’ diversi livelli ta’ valuri massimi tal-intensità tal-metan assoċjati maż-żejt mhux maħdum, mal-gass naturali u mal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni fil-livell tal-produttur, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tat-tnaqqis potenzjali tal-emissjonijiet globali tal-metan, tal-impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u fuq il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, u tad-distorsjonijiet potenzjali tas-suq globali u reġjonali. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tas-suq fir-rigward tal-intensità tal-metan tal-provvisti attwali u futuri lejn l-Unjoni sal-2049 kemm permezz ta’ kuntratti fit-tul kif ukoll permezz ta’ xiri fil-pront. Dik il-valutazzjoni għandha tanalizza s-sitwazzjoni għal kull Stat Membru, filwaqt li tqis l-impenji kuntrattwali meħuda qabel l-4 ta’ Awwissu 2024, il-kapaċitajiet tal-infrastruttura tal-enerġija u r-restrizzjonijiet potenzjali.
|
|
Artikolu 29 6
|
6. Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u ta’ kriterji oġġettivi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-valuri massimi tal-intensità tal-metan assoċjati maż-żejt mhux maħdum, mal-gass naturali u mal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni fil-livell tal-produttur. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu konsistenti mal-metodoloġija għall-kalkolu tal-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni stabbilita f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw ukoll klassijiet differenti tal-intensità tal-metan għaż-żejt mhux maħdum, għall-gass naturali u għall-faħam. Dawk il-valuri massimi tal-intensità tal-metan għandhom jiġu ddeterminati separatament għaż-żejt mhux maħdum, għall-gass naturali u għall-faħam, u jkopru l-klassi jew il-klassijiet bl-aħjar prestazzjoni. Dawk il-valuri massimi tal-intensità tal-metan u l-klassijiet tal-intensità tal-metan għandhom iqisu s-sorsi, il-proċessi tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet tas-sit differenti u għandhom jiġu stabbiliti f’livelli li jippromwovu t-tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-metan fir-rigward taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, filwaqt li tiġi ppreservata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tal-volumi taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni kif ukoll trattament mhux diskriminatorju, u tiġi protetta l-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|