+Artikolu 33 5
|
Artikolu 33 5
5. Tal-anqas il-ksur li ġej għandu jkun soġġett għal penali:
|
(a)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri jew l-importaturi li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-verifikaturi l-assistenza meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li jwettqu l-azzjonijiet stabbiliti fir-rapporti tal-ispezzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 6(5) u (6);
|
|
(c)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li jissottomettu r-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-metan kif meħtieġ mill-Artikolu 12, l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20 u l-Artikolu 25(6), inkluż id-dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa minn verifikatur indipendenti f’konformità mal-Artikolu 8(4);
|
|
(d)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jissottomettu programm LDAR f’konformità mal-Artikolu 14(1) jew li jwettqu stħarriġ LDAR f’konformità mal-Artikolu 14(2), (5) u (6);
|
|
(e)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jsewwu jew jissostitwixxu l-komponenti, li jistħarrġu l-komponenti kontinwament u li jirreġistraw it-tnixxijiet f’konformità mal-Artikolu 14(8) sa (13);
|
|
(f)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jissottomettu rapport f’konformità mal-Artikolu 14(14);
|
|
(g)
|
l-ivventjar jew l-ivvampjar, inkluż l-ivvampjar ta’ rutina, mill-operaturi jew mill-operaturi tal-minjieri, ħlief f’sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(2) u (3), l-Artikolu 22(1) u (2), u l-Artikolu 26(2);
|
|
(h)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li juru l-ħtieġa li jużaw l-ivventjar minflok l-ivvampjar u li juru l-ħtieġa li jużaw l-ivvampjar minflok l-injezzjoni mill-ġdid, jew l-użu fuq il-post jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq, fil-każ tal-operaturi, jew l-użu jew il-mitigazzjoni, fil-każ tal-operaturi tal-minjieri, f’konformità mal-Artikolu 15(4) u (6), l-Artikolu 22(1) u (2), u l-Artikolu 26(2);
|
|
(i)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jissostitwixxu jew jużaw it-tagħmir tal-ivventjar f’konformità mal-Artikolu 15(5) u (7);
|
|
(j)
|
in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li jinnotifikaw jew jirrapportaw dwar avvenimenti ta’ ivventjar u avvenimenti ta’ ivvampjar f’konformità mal-Artikolu 16, l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 26, kif applikabbli;
|
|
(k)
|
l-użu ta’ torri tal-ivvampjar jew ta’ apparat ta’ kombustjoni bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 17, 22 u 23;
|
|
(l)
|
in-nuqqas min-naħa tal-parti responsabbli li tapplika miżuri ta’ mitigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(6) u (9);
|
|
(m)
|
in-nuqqas min-naħa tal-importaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 27(1) u l-Anness IX;
|
|
(n)
|
in-nuqqas min-naħa tal-importaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 28(1) u (2);
|
|
(o)
|
in-nuqqas min-naħa tal-produtturi jew l-importaturi tal-Unjoni li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 29(1) u (2);
|
|
(p)
|
in-nuqqas min-naħa tal-produtturi jew tal-importaturi tal-Unjoni li jikkonformaw mal-valuri massimi tal-intensità tal-metan stabbiliti fl-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 29(6).
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|