+Artikolu 33 Penali
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5
---+Artikolu 33 6
---+Artikolu 33 7
---+Artikolu 33 8

Artikolu 33 Penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

multi proporzjonati għall-ħsara ambjentali u l-impatt fuq is-sikurezza tal-bniedem u s-saħħa, stabbiliti f’livell li:

(i)

tal-inqas iċaħħad lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur b’mod effettiv; kif ukoll

(ii)

jiżdied gradwalment għal ksur serju ripetut;

(b)

pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex l-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri jew l-importaturi jiġu mġiegħla jwaqqfu ksur, jikkonformaw ma’ deċiżjoni li tordna azzjonijiet ta’ rimedju jew miżuri korrettivi, jipprovdu informazzjoni jew jissottomettu ruħhom għal spezzjoni, kif applikabbli.

Sal-5 ta’ Awwissu 2025, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 33 2

2.   L-Istati Membri’għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi li ġejjin għall-ksur tal-Artikolu 12, l-Artikolu 14(14), l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 20, l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 27(1), l-Artikolu 28(1) u (2) u l-Artikolu 29(1) u (2), sakemm ma jipperikolawx is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija:

(a)

jadottaw deċiżjoni li teżiġi li l-persuna twaqqaf il-ksur;

(b)

jordnaw il-konfiska tal-qligħ miksub jew tat-telf evitat minħabba l-ksur sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(c)

joħorġu twissijiet jew avviżi pubbliċi;

(d)

jadottaw deċiżjoni li timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali;

(e)

jadottaw deċiżjoni li timponi multi amministrattivi.

Fil-każ tal-persuni ġuridiċi, l-ammont tal-multi amministrattivi msemmija fil-punt (e) ma għandux jaqbeż l-20 % tal-fatturat annwali fis-sena kummerċjali preċedenti. Fil-każ tal-persuni fiżiċi, l-ammont ta’ dawk il-multi ma għandux jaqbeż l-20 % tal-introjtu annwali fis-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 33 3

3.   Meta s-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, jistgħu jiġu imposti multi mill-qrati nazzjonali kompetenti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-multi għandhom ikunu effettivi u l-effett tagħhom għandu jkun ekwivalenti għal dak tal-multi amministrattivi imposti mill-awtoritajiet amministrattivi.

Artikolu 33 4

4.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-setgħat tagħhom jiġu eżerċitati, u li l-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi li jimponu jitfasslu u jiġu applikati, b’mod effettiv u konsistenti madwar l-Unjoni.

Artikolu 33 5

5.   Tal-anqas il-ksur li ġej għandu jkun soġġett għal penali:

(a)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri jew l-importaturi li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-verifikaturi l-assistenza meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(b)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li jwettqu l-azzjonijiet stabbiliti fir-rapporti tal-ispezzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 6(5) u (6);

(c)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li jissottomettu r-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-metan kif meħtieġ mill-Artikolu 12, l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20 u l-Artikolu 25(6), inkluż id-dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa minn verifikatur indipendenti f’konformità mal-Artikolu 8(4);

(d)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jissottomettu programm LDAR f’konformità mal-Artikolu 14(1) jew li jwettqu stħarriġ LDAR f’konformità mal-Artikolu 14(2), (5) u (6);

(e)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jsewwu jew jissostitwixxu l-komponenti, li jistħarrġu l-komponenti kontinwament u li jirreġistraw it-tnixxijiet f’konformità mal-Artikolu 14(8) sa (13);

(f)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jissottomettu rapport f’konformità mal-Artikolu 14(14);

(g)

l-ivventjar jew l-ivvampjar, inkluż l-ivvampjar ta’ rutina, mill-operaturi jew mill-operaturi tal-minjieri, ħlief f’sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(2) u (3), l-Artikolu 22(1) u (2), u l-Artikolu 26(2);

(h)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li juru l-ħtieġa li jużaw l-ivventjar minflok l-ivvampjar u li juru l-ħtieġa li jużaw l-ivvampjar minflok l-injezzjoni mill-ġdid, jew l-użu fuq il-post jew id-dispaċċ tal-metan lejn suq, fil-każ tal-operaturi, jew l-użu jew il-mitigazzjoni, fil-każ tal-operaturi tal-minjieri, f’konformità mal-Artikolu 15(4) u (6), l-Artikolu 22(1) u (2), u l-Artikolu 26(2);

(i)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi li jissostitwixxu jew jużaw it-tagħmir tal-ivventjar f’konformità mal-Artikolu 15(5) u (7);

(j)

in-nuqqas min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-minjieri li jinnotifikaw jew jirrapportaw dwar avvenimenti ta’ ivventjar u avvenimenti ta’ ivvampjar f’konformità mal-Artikolu 16, l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 26, kif applikabbli;

(k)

l-użu ta’ torri tal-ivvampjar jew ta’ apparat ta’ kombustjoni bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 17, 22 u 23;

(l)

in-nuqqas min-naħa tal-parti responsabbli li tapplika miżuri ta’ mitigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(6) u (9);

(m)

in-nuqqas min-naħa tal-importaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 27(1) u l-Anness IX;

(n)

in-nuqqas min-naħa tal-importaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 28(1) u (2);

(o)

in-nuqqas min-naħa tal-produtturi jew l-importaturi tal-Unjoni li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 29(1) u (2);

(p)

in-nuqqas min-naħa tal-produtturi jew tal-importaturi tal-Unjoni li jikkonformaw mal-valuri massimi tal-intensità tal-metan stabbiliti fl-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 29(6).

Artikolu 33 6

6.   Meta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(8) jiġu ssodisfati, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jnaqqsu jew li ma jimponux pieni fuq l-operaturi għall-perjodu ta’ implimentazzjoni meqjus meħtieġ mill-awtoritajiet nazzjonali.

Artikolu 33 7

7.   L-Istati Membri għandhom iqisu tal-anqas il-kriterji indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, kif xieraq:

(a)

id-durata jew l-effetti temporali, in-natura u l-gravità tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-operaturi, mill-impriża, mill-operatur tal-minjieri jew mill-importatur sabiex id-dannu jittaffa jew jiġi rimedjat fil-ħin;

(c)

il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(d)

kwalunkwe ksur preċedenti jew ripetut mill-operatur, mill-impriża, mill-operatur tal-minjieri jew mill-importatur;

(e)

il-benefiċċji ekonomiċi miksuba jew telf evitat, direttament jew indirettament, mill-operatur, mill-impriża, mill-operatur tal-minjieri jew mill-importatur minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(f)

id-daqs tal-operatur, tal-impriża, tal-operatur tal-minjieri jew tal-importatur;

(g)

il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet;

(h)

il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-awtoritajiet, b’mod partikolari jekk, u jekk ikun hekk il-każ sa fejn, l-operatur, l-impriża, l-operatur tal-minjieri jew l-importatur nnotifikaw il-ksur fil-ħin;

(i)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluż azzjonijiet ta’ parti terza.

Artikolu 33 8

8.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kull sena informazzjoni dwar it-tip u d-daqs tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, il-każijiet ta’ ksur u l-operaturi, l-impriżi, l-operaturi ta’ minjieri jew importaturi li fuqhom ikunu ġew imposti penali.

Fejn applikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi rrappurtata f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.