+Artikolu 2 1
|
Artikolu 2 1
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1)
|
“bażi tal-assi regolatorji” tfisser l-assi tan-network ta’ operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni, operatur tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u operatur tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu użati għall-forniment ta’ servizzi tan-network regolati li jitqiesu fil-kalkolu tad-dħul mis-servizz relatat man-network;
|
|
(2)
|
“trażmissjoni” tfisser trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (17), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(3)
|
“kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt li l-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew l-operatur tan-networks tal-idroġenu ikkonkluda ma’ utent tan-network bil-ħsieb li jitwettqu servizzi ta’ trasport għall-gass naturali jew l-idroġenu;
|
|
(4)
|
“kapaċità” tfisser il-fluss massimu, espress f’metri kubiċi normali għal kull unità ta’ ħin jew f’unità ta’ enerġija għal kull unità ta’ ħin, li hu intitolat għalih l-utent tan-network f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ trasport;
|
|
(5)
|
“kapaċità mhux użata” tfisser kapaċità kostanti li utent tan-network ikun akkwista b’kuntratt ta’ trasport iżda li l-utent ma jkunx innomina sal-iskadenza speċifikata fil-kuntratt;
|
|
(6)
|
“amministrazzjoni tal-konġestjoni” tfisser amministrazzjoni tal-portafoll tal-kapaċità tal-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni bil-ħsieb tal-użu ottimali u massimu tal-kapaċità teknika u l-iskoperta fil-ħin ta’ punti ta’ konġestjoni u saturazzjoni futuri;
|
|
(7)
|
“suq sekondarju” tfisser is-suq tal-kapaċità kkummerċjata x’imkien ieħor għajr fuq is-suq primarju;
|
|
(8)
|
“nominazzjoni” tfisser ir-rapportar mill-utent tan-network lill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-fluss attwali li huwa jixtieq jinjetta fis-sistema jew jiġbed minnha, qabel tali injezzjoni jew irtirar;
|
|
(9)
|
“rinominazzjoni” tfisser ir-rapportar ta’ nominazzjoni kkoreġuta, sussegwenti għal nominazzjoni;
|
|
(10)
|
“integrità tas-sistema” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni li fiha l-pressjoni u l-kwalità tal-gass naturali jew tal-idroġenu jibqgħu fil-limiti minimi u massimi, biex b’hekk it-trasport tal-gass naturali jew tal-idroġenu jkun garantit mil-lat tekniku;
|
|
(11)
|
“perijodu ta’ bbilanċjar” tfisser il-perijodu li matulu l-ammont meħud ta’ gass naturali jew idroġenu, espress f’unitajiet ta’ enerġija, irid jitpaċa minn kull utent tan-network permezz ta’ injezzjoni tal-istess ammont ta’ gass naturali jew idroġenu f’konformità mal-kodiċi tan-network;
|
|
(12)
|
“utent tan-network” tfisser utent tan-network kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (60), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(13)
|
“servizzi interruttibbli” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l-operatur tan-networks tal-idroġenu b’rabta ma’ kapaċità interruttibbli;
|
|
(14)
|
“kapaċità interruttibbli” tfisser kapaċità ta’ trażmissjoni ta’ gass naturali jew idroġenu li tista’ tiġi interrotta mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l--operatur tan-networks tal-idroġenu, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt ta’ trasport;
|
|
(15)
|
“servizzi għal perijodu fit-tul” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l-l-operatur tan-networks tal-idroġenu b’durata ta’ sena jew iktar;
|
|
(16)
|
“servizzi għal perijodu qasir” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l--operatur tan-networks tal-idroġenu b’durata ta’ inqas minn sena;
|
|
(17)
|
“kapaċità kostanti” tfisser kapaċità ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni ta’ gass naturali u idroġenu iggarantita b’mod kuntrattwali mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l-operatur tan-networks tal-idroġenu, bħala waħda mhux interruttibbli;
|
|
(18)
|
“servizzi kostanti” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l-operatur tan-networks tal-idroġenu fir-rigward ta’ kapaċità kostanti;
|
|
(19)
|
“kapaċità teknika” tfisser il-kapaċità kostanti massima li tista’ tiġi offruta lill-utenti tan-network, filwaqt li jitqiesu l-integrità tas-sistema u r-rekwiżiti operazzjonali tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l-operatur itan-network tal-idroġenu;
|
|
(20)
|
“kapaċità kuntrattata” tfisser il-kapaċità li tkun ġiet allokata lil utent tan-network permezz ta’ kuntratt ta’ trasport;
|
|
(21)
|
“kapaċità disponibbli” tfisser il-parti mill-kapaċità teknika li mhijiex allokata u li għadha disponibbli għas-sistema f’mument partikolari;
|
|
(22)
|
“konġestjoni kuntrattwali” tfisser sitwazzjoni fejn il-livell ta’ domanda għal kapaċità kostanti jeċċedi l-kapaċità teknika;
|
|
(23)
|
“suq primarju” tfisser is-suq tal-kapaċità kummerċjalizzata direttament mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew, fejn applikabbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, jew l-operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu;
|
|
(24)
|
“konġestjoni fiżika” tfisser sitwazzjoni fejn il-livell ta’ domanda għal kunsinni attwali jeċċedi l-kapaċità teknika f’mument partikolari;
|
|
(25)
|
“il-kapaċità ta’ faċilità LNG” tfisser kapaċità f’terminal LNG għal-likwifikazzjoni ta’ gass naturali jew għall-importazzjoni, il-ħatt, is-servizzi anċillari, il-ħżin temporanju u r-rigassifikazzjoni ta’ LNG;
|
|
(26)
|
“spazju” tfisser il-volum ta’ gass naturali jew idroġenu li utent ta’ faċilità għall-ħżin għandu d-dritt li juża għall-ħażna tal-gass naturali jew l-idroġenu;
|
|
(27)
|
“kapaċità ta’ twassil” tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċilità ta’ ħażna għandu d-dritt li jirtira l-gass naturali jew l-idroġenu mill-faċilità tal-ħażna tal-gass naturali jew mill-faċilità tal-ħażna tal-idroġenu;
|
|
(28)
|
“injettabbiltà” tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċilità ta’ ħażna jista’ jinjetta l-gass naturali jew l-idroġenu fil-faċilità tal-ħażna tal-gass naturali jew fil-faċilità tal-ħażna tal-idroġenu;
|
|
(29)
|
“kapaċità ta’ ħżin” tfisser kwalunkwe kombinament ta’ spazju, injettabbiltà u kapaċità ta’ twassil;
|
|
(30)
|
“sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ” tfisser sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (57), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(31)
|
“żona tal-ibbilanċjar” tfisser żona tal-ibbilanċjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (58), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(32)
|
“punt ta’ kummerċ virtwali” tfisser punt ta’ kummerċ virtwali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (59), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(33)
|
“punt ta’ dħul” tfisser punt ta’ dħul kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (61), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(34)
|
“punt ta’ ħruġ” tfisser punt ta’ ħruġ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (62), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(35)
|
“kapaċità kundizzjonali” tfisser kapaċità kostanti li tinvolvi kundizzjonijiet trasparenti u predefiniti għall-għoti ta’ aċċess mill-punt ta’ kummerċ virtwali u lejh jew allokabbiltà limitata;
|
|
(36)
|
“allokabbiltà” tfisser il-kombinament diskrezzjonali ta’ kwalunkwe kapaċità ta’ dħul ma’ kwalunkwe kapaċità ta’ ħruġ jew viċiversa;
|
|
(37)
|
“dħul permess” tfisser l-ammont totali tad-dħul tas-servizz ta’ trażmissjoni u mhux ta’ trażmissjoni għall-għoti ta’ servizz mill-operatur tas-sistemi tat-trażmissjoni għal perijodu ta’ żmien speċifiku f’perijodu regolatorju speċifiku li fih tali operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni huwa intitolat jikseb bħala parti minn reġim mingħajr regolazzjoni tal-limitu massimu tal-prezzijiet u li huwa stipulat f’konformità mal-Artikolu 78(7), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(38)
|
“dħul immirat” tfisser l-ammont totali tad-dħul mistenni tas-servizz ta’ trażmissjoni kkalkolat f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u d-dħul mistenni tas-servizz mhux ta’ trażmissjoni għall-forniment ta’ servizzi mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni għal perijodu ta’ żmien speċifiku f’perijodu regolatorju partikolari bħala parti minn reġim b’regolazzjoni tal-limitu massimu tal-prezzijiet;
|
|
(39)
|
“infrastruttura ġdida” tfisser infrastruttura li ma kinitx lesta sal-4 ta’ Awwissu 2003;
|
|
(40)
|
“gass naturali” tfisser gass naturali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(41)
|
“gass rinnovabbli” tfisser gass rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(42)
|
“sistema tal-gass naturali” tfisser sistema tal-gass naturali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(43)
|
“sistema tal-idroġenu” tfisser sistema tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(44)
|
“faċilità tal-ħażna tal-idroġenu” tfisser faċilità tal-ħażna tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(45)
|
“operatur tal-ħażna tal-idroġenu” tfisser operatur tal-ħażna tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(46)
|
“terminal tal-idroġenu” tfisser terminal tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(47)
|
“operatur tat-terminals tal-idroġenu” tfisser operatur tat-terminals tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(48)
|
“kwalità tal-idroġenu” tfisser il-kwalità tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(49)
|
“idroġenu b’livell baxx tal-karbonju” tfisser idroġenu b’livell baxx tal-karbonju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(50)
|
“gass b’livell baxx tal-karbonju” tfisser gass b’livell baxx tal-karbonju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(51)
|
“operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni” tfisser operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(52)
|
“network ta’ pipeline upstream” tfisser network ta’ pipeline upstream kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (16), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(53)
|
“distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (19), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(54)
|
“operatur tas-sistemi ta’ distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistemi ta’ distribuzzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (20), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(55)
|
“network tal-idroġenu” tfisser network tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (21), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(56)
|
“trasport tal-idroġenu” tfisser it-trasport tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (22), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(57)
|
“network ta’ trażmissjoni tal-idroġenu” tfisser network ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (23), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(58)
|
“network ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu” tfisser network ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (24), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(59)
|
“operatur tan-networks tal-idroġenu” tfisser operatur tan-networks tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(60)
|
“operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu” tfisser operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (26), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(61)
|
“operatur tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu” tfisser operatur tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (27), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(62)
|
“provvista” tfisser provvista kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (28), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(63)
|
“faċilità tal-ħażna tal-gass naturali” tfisser faċilità tal-ħażna tal-gass naturali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (31), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(64)
|
“operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali” tfisser operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (32), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(65)
|
“faċilità tal-LNG” tfisser faċilità tal-LNG kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(66)
|
“operatur tas-sistemi tal-LNG” tfisser operatur tas-sistemi tal-LNG kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (34), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(67)
|
“sistema” tfisser sistema kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(68)
|
“servizzi anċillari” tfisser servizzi anċillari kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (36), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(69)
|
“interkonnettur” tfisser interkonnettur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (39), tad-Direttiva tal-Gass (UE) 2024/1788;
|
|
(70)
|
“interkonnettur tal-idroġenu” tfisser interkonnettur tal-idroġenu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (40), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(71)
|
“utent tas-sistema” tfisser utent tas-sistema kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (46), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(72)
|
“klijent” tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (47), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(73)
|
“klijent finali” tfisser klijent finali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (50), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(74)
|
“klijent operatur” tfisser klijent operatur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (51), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(75)
|
“kontroll” tfisser kontroll kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (55), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(76)
|
“kuntratt fit-tul” tfisser kuntratt fit-tul kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (56), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(77)
|
“punt ta’ interkonnessjoni” tfisser punt ta’ interkonnessjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (63), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(78)
|
“punt ta’ interkonnessjoni virtwali” tfisser punt ta’ interkonnessjoni virtwali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (64), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(79)
|
“parteċipant fis-suq” tfisser parteċipant fis-suq kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (65), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(80)
|
“interoperabbiltà” tfisser interoperabbiltà kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (71), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(81)
|
“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);
|
|
(82)
|
“adattament għal skop ġdid” tfisser adattament għal skop ġdid kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2022/869;
|
|
(83)
|
“impriża integrata vertikalment” tfisser impriża integrata vertikalment kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (43), tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|