2. Sabiex l-utenti tan-network ikunu jistgħu jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu fil-ħin xieraq informazzjoni dwar l-istatus ta’ bbilanċjar tal-utenti tan-network li jkun biżżejjed, affidabbli u disponibbli online.
L-informazzjoni pprovduta għandha tirrifletti l-livell ta’ informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-perijodu ta’ żmien għall-issetiljar li għalih jiġu kkalkolati l-ħlasijiet għall-iżbilanċ.
L-ebda ħlas ma għandu jinġabar għall-għoti ta’ informazzjoni skont dan il-paragrafu.