+Artikolu 13 Regoli ta’ bbilanċjar u ħlasijiet ta’ żbilanċ
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4

Artikolu 13 Regoli ta’ bbilanċjar u ħlasijiet ta’ żbilanċ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Għandhom jitfasslu regoli ta’ bbilanċjar b’mod ġust, nondiskriminatorju u trasparenti u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi. Ir-regoli ta’ bbilanċjar għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet ġenwini tas-sistema filwaqt li jqisu r-riżorsi disponibbli għall-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni. Ir-regoli ta’ bbilanċjar għandhom ikunu bbażati fuq is-suq.

Artikolu 13 2

2.   Sabiex l-utenti tan-network ikunu jistgħu jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu fil-ħin xieraq informazzjoni dwar l-istatus ta’ bbilanċjar tal-utenti tan-network li jkun biżżejjed, affidabbli u disponibbli online.

L-informazzjoni pprovduta għandha tirrifletti l-livell ta’ informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-perijodu ta’ żmien għall-issetiljar li għalih jiġu kkalkolati l-ħlasijiet għall-iżbilanċ.

L-ebda ħlas ma għandu jinġabar għall-għoti ta’ informazzjoni skont dan il-paragrafu.

Artikolu 13 3

3.   Il-ħlasijiet għall-iżbilanċ għandhom ikunu kemm jista’ jkun kosteffettivi, filwaqt li jipprovdu inċentivi adegwati lill-utenti tan-network biex jibbilanċjaw il-gass naturali li jipprovdu lis-sistema u l-gass li jipprelevaw. Għandhom jevitaw sussidjar inkroċjat bejn l-utenti tan-network u ma għandhomx ifixklu d-dħul ta’ suġġetti ġodda fis-suq.

Kwalunkwe metodoloġija ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ żbilanċ kif ukoll il-valuri finali għandhom jiġu ppubblikati mill-awtoritajiet regolatorji jew mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni, kif xieraq.

Artikolu 13 4

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jistinkaw biex jarmonizzaw reġimi ta’ bbilanċjar u jirrazzjonalizzaw l-istrutturi u l-livelli ta’ ħlasijiet ta’ bbilanċjar sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ fil-gass naturali mwettaq fil-punt ta’ kummerċ virtwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.