1. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw biex jevitaw restrizzjonijiet fuq il-flussi transfruntieri minħabba differenzi fir-rigward tal-kwalità tal-gass fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri. Meta jikkooperaw b’dan il-mod, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi tal-installazzjonijiet tal-klijenti finali tal-gass naturali.
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal taħlitiet ta’ idroġenu meta l-kontenut tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali jaqbeż it-2 % skont il-volum.