+Artikolu 21 Koordinazzjoni transfruntiera fir-rigward tal-kwalità tal-gass fis-sistema tal-gass naturali
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
---+Artikolu 21 7
---+Artikolu 21 8
---+Artikolu 21 9
---+Artikolu 21 10
---+Artikolu 21 11
---+Artikolu 21 12
---+Artikolu 21 13
---+Artikolu 21 14
|
Artikolu 21 Koordinazzjoni transfruntiera fir-rigward tal-kwalità tal-gass fis-sistema tal-gass naturali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw biex jevitaw restrizzjonijiet fuq il-flussi transfruntieri minħabba differenzi fir-rigward tal-kwalità tal-gass fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri. Meta jikkooperaw b’dan il-mod, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi tal-installazzjonijiet tal-klijenti finali tal-gass naturali.
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal taħlitiet ta’ idroġenu meta l-kontenut tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali jaqbeż it-2 % skont il-volum.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li speċifikazzjonijiet tekniċi diverġenti, inklużi l-parametri tal-kwalità tal-gass bħall-kontenut tal-ossiġenu u t-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali, ma jintużawx biex jillimitaw il-flussi transfruntieri tal-gass naturali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taħlitiet tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali jkunu allinjati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi aċċettabbli għall-klijenti.
|
|
Artikolu 21 3
|
3. Meta restrizzjoni fil-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass ma tkunx tista’ tiġi evitata mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati fl-operazzjonijiet standard tagħhom, dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati mingħajr dewmien. L-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni u r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe miżura li diġà ħadu l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
|
|
Artikolu 21 4
|
4. L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jaqblu b’mod konġunt, fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, dwar jekk jirrikonoxxux ir-restrizzjoni.
|
|
Artikolu 21 5
|
5. Fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri kkawżati minn differenzi fit-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali u li huma rikonoxxuti skont il-paragrafu 4, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jaċċettaw il-flussi tal-gass naturali b’kontenut tal-idroġenu fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri fis-sistema tal-gass naturali soġġett għall-paragrafi 6 sa 13, u wara li titlesta l-proċedura stabbilita fihom.
|
|
Artikolu 21 6
|
6. Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jirrikonoxxu r-restrizzjoni skont il-paragrafu 4, dawn għandhom jitolbu lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati biex, fi żmien 12-il xahar mir-rikonoxximent tar-restrizzjoni kif imsemmi f’dak il-paragrafu, iwettqu dawn l-azzjonijiet li ġejjin f’sekwenza:
|
(a)
|
jikkooperaw u jiżviluppaw alternattivi teknikament fattibbli, bla ma jibdlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-gass, li jistgħu jinkludu impenji ta’ fluss u trattament tal-gass naturali, sabiex titneħħa r-restrizzjoni rikonoxxuta filwaqt li jqisu l-informazzjoni pprovduta mill-klijenti finali konnessi direttament mas-sistema tal-gass naturali tal-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernat jew kwalunkwe parti kkonċernata oħra li jaf ikunu affettwati minn dik il-proċedura;
|
|
(b)
|
iwettqu b’mod konġunt analiżi tal-kostbenefiċċji dwar l-alternattivi teknikament fattibbli ħalli jiddefinixxu soluzzjonijiet ekonomikament effiċjenti li għandhom jispeċifikaw id-diżaggregazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji fost il-kategoriji tal-partijiet affettwati;
|
|
(c)
|
jipproduċu stima taż-żmien ta’ implimentazzjoni għal kull għażla potenzjali;
|
|
(d)
|
iwettqu konsultazzjoni pubblika, b’mod partikolari tal-klijenti finali affettwati li huma konnessi mas-sistema tal-gass naturali, dwar soluzzjonijiet fattibbli identifikati u jqisu r-riżultati ta’ dik il-konsultazzjoni;
|
|
(e)
|
jissottomettu proposta konġunta, abbażi tal-analiżi tal-kostbenefiċċji u tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, għal soluzzjoni li tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta, inkluż l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħha, lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati tagħhom għall-approvazzjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra ta’ kull Stat Membru kkonċernat għall-informazzjoni.
|
|
|
Artikolu 21 7
|
7. Meta l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati ma jilħqux ftehim biex jissottomettu proposta konġunta skont il-paragrafu 6, il-punt (e), kull operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandu jinforma lill-awtorità regolatorja tiegħu mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 21 8
|
8. L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni koordinata konġunta biex ineħħu r-restrizzjoni rikonoxxuta, filwaqt li jqisu l-analiżi tal-kostbenefiċċji mwettqa mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati u r-riżultati tal-konsultazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 6, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu fi żmien sitt xhur mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
|
|
Artikolu 21 9
|
9. B’deroga mill-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, għar-restrizzjonijiet fuq il-flussi transfruntieri kkawżati minn differenzi fit-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali, l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jistgħu jiddikjaraw b’mod konġunt li ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri biex tali restrizzjonijiet jitneħħew. Id-deċiżjoni koordinata konġunta għandha tittieħed fi żmien sitt xhur mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942 u għandha tqis l-analiżi tal-kostbenefiċċji u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika mmexxija skont il-paragrafu 6, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jirrieżaminaw deċiżjoni biex tinżamm ir-restrizzjoni rikonoxxuta skont dan il-paragrafu kull erba’ snin.
|
|
Artikolu 21 10
|
10. Id-deċiżjoni koordinata konġunta tal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati msemmija fil-paragrafu 8 għandha tinkludi deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investimenti li jrid iġarrab kull operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni miftiehma, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fid-dħul permess jew immirat tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-soluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati u l-konsegwenzi tagħha għat-tariffi.
|
|
Artikolu 21 11
|
11. L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji rigward id-dettalji ta’ dawn id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet kif imsemmi fil-paragrafu 10.
|
|
Artikolu 21 12
|
12. Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar ir-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Meta l-ACER tirrikonoxxi r-restrizzjoni, din għandha titlob lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati biex, fi żmien 12-il xahar, iwettqu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu f’sekwenza.
|
|
Artikolu 21 13
|
13. Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni kkoordinata konġunta kif imsemmi fil-paragrafi 8 u 10 ta’ dan l-Artikolu, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar is-soluzzjoni biex tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta u dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment li jrid iġarrab kull operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni maqbula jew li tiddikjara li ma għandha tittieħed ebda azzjoni ulterjuri skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Deċiżjoni biex tinżamm ir-restrizzjoni rikonoxxuta skont dan il-paragrafu għandha tiġi rieżaminata kull erba’ snin mill-ACER.
|
|
Artikolu 21 14
|
14. Aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż dettalji dwar l-analiżi tal-kostbenefiċċji, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit skont l-Artikolu 71(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|