+Artikolu 25 Organizzazzjoni tal-ENTSO tal-Gass
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
|
Artikolu 25 Organizzazzjoni tal-ENTSO tal-Gass
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. L-ENTSO tal-Gass għandu, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba motivata tal-Kummissjoni jew tal-ACER, jippubblika u jippreżenta lill-Kummissjoni u lill-ACER kwalunkwe abbozz ta’ emenda tal-istatuti, lista ta’ membri jew regoli ta’ proċedura, inkluż ir-regoli ta’ proċedura dwar il-konsultazzjoni ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn tal-ENTSO tal-Gass.
|
|
Artikolu 25 2
|
2. Fi żmien erba’ xhur mill-wasla tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-ACER, wara li formalment tikkonsulta l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari l-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-emenda tal-istatuti, il-lista tal-membri u r-regoli ta’ proċedura tal-ENTSO tal-Gass.
|
|
Artikolu 25 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar l-abbozz tal-emenda tal-istatuti, il-lista tal-membri u r-regoli ta’ proċedura tal-ENTSO tal-Gass, billi tieħu kont tal-opinjoni tal-ACER imsemmija fil-paragrafu 2, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-ACER tirċievi dik l-opinjoni.
|
|
Artikolu 25 4
|
4. Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, l-ENTSO tal-Gass għandu jadotta u jippubblika l-istatuti, il-lista tal-membri u r-regoli ta’ proċedura riveduti tal-ENTSO tal-Gass.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|