9. L-ACER għandha teżamina mill-ġdid il-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin biex tiġi evalwata l-konsistenza tagħhom mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin u l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha, hija għandha tirrakkomanda l-emenda tal-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin jew il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha skont kif ikun xieraq. Jekk tali pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin ikun elaborat f’konformità mal-Artikolu 55 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, l-ACER għandha tirrakkomanda li l-awtorità regolatorja rilevanti temenda l-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin f’konformità mal-Artikolu 55(5) ta’ dik id-Direttiva u tinforma lill-Kummissjoni b’dan.