+Artikolu 26 Kompiti tal-ENTSO tal-Gass
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
---+Artikolu 26 6
---+Artikolu 26 7
---+Artikolu 26 8
---+Artikolu 26 9
---+Artikolu 26 10
---+Artikolu 26 11

Artikolu 26 Kompiti tal-ENTSO tal-Gass

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1

1.   L-ENTSO tal-Gass għandu jelabora kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmijin fl-Artikolu 71(1) u (2) fuq stedina indirizzata lilu mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 71(9).

Il-kodiċi tan-network imsemmi fl-Artikolu 71(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), għandu jiġi żviluppat b’mod konġunt mal-ENNOH.

Artikolu 26 2

2.   L-ENTSO tal-Gass jista’ jelabora kodiċijiet tan-network fl-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 71(1) u (2) bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 24, meta dawk il-kodiċijiet tan-network ma jirrelatawx ma’ oqsma koperti minn stedina indirizzata lilu mill-Kummissjoni. Dawk il-kodiċijiet tan-network għandhom jiġu ppreżentati lill-ACER għal opinjoni. Dik l-opinjoni għandha titqies kif xieraq mill-ENTSO tal-Gass.

Artikolu 26 3

3.   L-ENTSO tal-Gass għandu jadotta:

(a)

għodod komuni għall-operazzjoni tan-network biex jiżguraw il-koordinazzjoni ta’ operazzjoni tan-network f’kundizzjonijiet normali u ta’ emerġenza, inkluża skala ta’ klassifikazzjoni tal-aċċidenti komuni, u pjanijiet ta’ riċerka;

(b)

kull sentejn, pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-gass naturali mhux vinkolanti għall-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 32, (il-“pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha”), inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea;

(c)

rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinament ta’ kooperazzjoni teknika bejn l-Unjoni u operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni f’pajjiżi terzi;

(d)

rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni dwar il-kooperazzjoni teknika tagħhom mal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u mal-operaturi tan-networks tal-idroġenu;

(e)

programm ta’ ħidma annwali;

(f)

rapport annwali;

(g)

prospetti annwali dwar il-provvista għas-sajf u għax-xitwa;

(h)

rapport dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass sal-1 ta’ Jannar 2025 u mbagħad kull sentejn, inkluż l-iżviluppi tal-parametri tal-kwalità tal-gass, l-iżviluppi tal-livell u l-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, it-tbassir għall-iżvilupp mistenni tal-parametri tal-kwalità tal-gass u tal-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, l-impatt tat-taħlit tal-idroġenu fuq il-flussi transfruntieri kif ukoll informazzjoni dwar il-każijiet relatati mad-differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-gass jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-livelli ta’ taħlit, u kif issolvew dawn il-każijiet, bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kwalità ta’ applikazzjonijiet tal-użu finali differenti;

(i)

rapport annwali li jinkludi l-kwantità ta’ gass rinnovabbli u gass b’livell baxx tal-karbonju injettata fin-network tal-gass naturali.

Ir-rapport dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (h) għandu jkopri wkoll l-iżvilupp għall-oqsma elenkati f’dak il-punt, safejn rilevanti għan-network tad-distribuzzjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (“l-entità tal-UE għad-DSO”) stabbilita skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).

Artikolu 26 4

4.   Il-prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b), għandu jkopri l-adegwatezza ġenerali tas-sistema tal-gass naturali għall-provvista ta’ talbiet preżenti u ppjanati għall-gass naturali għall-perijodu li ġej ta’ ħames snin kif ukoll għall-perijodu ta’ bejn ħames u għaxar snin mid-data ta’ dak il-prospett. Il-prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea għandu jinbena fuq prospetti nazzjonali rigward il-provvista mħejjijin minn kull operatur individwali tas-sistemi ta’ trażmissjoni. Il-prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea għandu jipprevedi speċifikament il-monitoraġġ tal-progress fil-produzzjoni annwali tal-bijometan sostenibbli.

Meta kemm il-prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea kif ukoll il-pjanijiet nazzjonali integrati u aġġornati finali dwar l-enerġija u l-klima juru li l-produzzjoni annwali mhijiex miexja biżżejjed jew li l-konsum tal-gass naturali mhux qed jonqos biżżejjed fid-dawl tal-potenzjal disponibbli, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, jekk ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inkluż in-networks tal-idroġenu, l-iżvilupp tax-xenarju, prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea, u valutazzjoni tar-reżistenza tas-sistema. Dak il-pjan għandu jippromwovi l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.

Artikolu 26 5

5.   Il-programm ta’ ħidma annwali msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (e), għandu jinkludi lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-network li għandhom jitħejjew, pjan dwar il-koordinazzjoni tal-operazzjoni tan-network, u lista tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, li għandhom jitwettqu matul dik is-sena, u kalendarju indikattiv.

Artikolu 26 6

6.   Il-kodiċijiet tan-network għandhom jiġu żviluppati għal kwistjonijiet transfruntieri tan-network u ta’ integrazzjoni fis-suq u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu kodiċijiet tan-network nazzjonali li ma jaffettwawx il-kummerċ transfruntier.

Artikolu 26 7

7.   L-ENTSO tal-Gass għandu jimmonitorja u janalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 71(13) jew l-Artikolu 74, u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni ta’ regoli applikabbli mmirati lejn il-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tas-suq. L-ENTSO tal-Gass għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-ACER u għandu jinkludi r-riżultati tal-analiżi fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (f), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 26 8

8.   L-ENTSO tal-Gass għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-ACER biex twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 27(1).

Artikolu 26 9

9.   L-ACER għandha teżamina mill-ġdid il-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin biex tiġi evalwata l-konsistenza tagħhom mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin u l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha, hija għandha tirrakkomanda l-emenda tal-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin jew il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha skont kif ikun xieraq. Jekk tali pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin ikun elaborat f’konformità mal-Artikolu 55 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, l-ACER għandha tirrakkomanda li l-awtorità regolatorja rilevanti temenda l-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin f’konformità mal-Artikolu 55(5) ta’ dik id-Direttiva u tinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 26 10

10.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ENTSO tal-Gass għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-linji gwida kif stabbiliti fl-Artikolu 74.

Artikolu 26 11

11.   L-ENTSO tal-Gass għandu jikkoopera man-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (l-“ENTSO tal-Elettriku”) u mal-ENNOH.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.