3. Għas-servizzi pprovduti, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu u l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu, għandhom jagħmlu pubblika informazzjoni dwar il-kapaċitajiet miftiehma b’kuntratt u disponibbli tal-faċilitajiet tal-LNG, tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u tat-terminals tal-idroġenu fuq bażi numerika, fuq bażi regolari u kontinwa, kif ukoll b’mod standard u ta’ użu faċli.