+Artikolu 44 Kriterji għall-għażla tal-fornitur ta’ servizzi
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3
|
Artikolu 44 Kriterji għall-għażla tal-fornitur ta’ servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1
|
1. Il-fornitur ta’ servizzi għandu jintgħażel mill-Kummissjoni minn fost l-entitajiet li jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:
|
(a)
|
il-fornitur ta’ servizzi għandu jiġi stabbilit u jkollu s-sede operazzjonali tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru;
|
|
(b)
|
il-fornitur ta’ servizzi u s-sottokuntratturi tiegħu ma għandhomx ikunu:
|
(i)
|
soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 29 TUE jew l-Artikolu 215 tat-TFUE, li jikkonsistu fi projbizzjoni li jsiru disponibbli jew li jiġu ttrasferiti fondi jew riżorsi ekonomiċi jew li jiġu pprovduti finanzjament jew assistenza finanzjarja lilhom direttament jew indirettament, jew f’iffriżar tal-assi; jew
|
|
(ii)
|
proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew li jaġixxu f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom.
|
|
|
|
Artikolu 44 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta’ diliġenza dovuta, għandhom jiġu stabbiliti obbligi kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u l-fornituri ta’ servizzi biex jiġi żgurat li l-fornitur ta’ servizzi, meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 45, ma jagħmel l-ebda fond jew riżorsa ekonomika disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, jew għall-benefiċċju tagħhom, li jkunu:
|
(a)
|
soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 29 TUE jew l-Artikolu 215 tat-TFUE, li jikkonsistu fi projbizzjoni li jsiru disponibbli jew li jiġu ttrasferiti fondi jew riżorsi ekonomiċi jew li jiġu pprovduti finanzjament jew assistenza finanzjarja lilhom direttament jew indirettament, jew f’iffriżar tal-assi; jew
|
|
(b)
|
proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew li jaġixxu f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom.
|
|
|
Artikolu 44 3
|
3. Il-fornitur ta’ servizzi ma għandux ikun parti minn impriża integrata vertikalment, ħlief għal entità diżaggregata f’konformità mal-Kapitolu IX tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|