2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri għandha tkun volontarja u tiddependi b’mod partikolari fuq l-aġenda tal-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jipparteċipaw fil-Bord ta’ Tmexxija fuq stedina mill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib reċiproku. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Bord ta’ Tmexxija.