5. Qabel l-iskadenza tal-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-prestazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kontribut ta’ dak il-mekkaniżmu għall-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu fl-Unjoni.
Fejn xieraq, dik il-valutazzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva biex jiġi żviluppat mekkaniżmu għall-aggregazzjoni volontarja tad-domanda u għax-xiri konġunt tal-idroġenu.