+Artikolu 52 Mekkaniżmu biex jappoġġaw l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
---+Artikolu 52 4
---+Artikolu 52 5

Artikolu 52 Mekkaniżmu biex jappoġġaw l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1

1.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi mekkaniżmu biex tappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu inkluż l-elementi speċifikati fil-paragrafu 2 li għandhom jiġu implimentati skont l-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu. Dak il-mekkaniżmu volontarju jista’ jkun fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Artikolu 52 2

2.   Il-Kummissjoni tista’ tikkuntratta lill-fornitur tas-servizz rilevanti, bl-applikazzjoni b’analoġija tal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 43 u 44, għall-implimentazzjoni, b’mod partikolari, iżda mhux esklussivament, tal-elementi li ġejjin:

(a)

ġbir u pproċessar ta’ data tas-suq dwar, pereżempju, id-disponibbiltà tal-infrastruttura jew l-iżvilupp ta’ flussi u prezzijiet tal-idroġenu, biex tiżdied it-trasparenza tal-iżvilupp tal-idroġenu fis-suq;

(b)

ġbir u valutazzjoni tad-domanda mill-off-takers;

(c)

ġbir ta’ offerti għall-idroġenu mingħand il-fornituri;

(d)

aċċess għall-informazzjoni rilevanti u meħtieġa miġbura skont dan il-paragrafu lill-fornituri u lill-off-takers, soġġett għall-kunsens tagħhom u skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 52 3

3.   Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw appoġġ ta’ likwidità, inkluż garanziji, għall-idroġenu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu u f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat meta applikabbli.

Artikolu 52 4

4.   Il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu ffaċilitati mill-grupp ta’ koordinazzjoni rilevanti separat mill-gruppi ta’ esperti ddedikati għall-gass naturali.

Fil-każ tal-idroġenu, tali grupp ta’ koordinazzjoni għandu jiġi stabbilit u għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu taħt dawk tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu.

Artikolu 52 5

5.   Qabel l-iskadenza tal-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-prestazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kontribut ta’ dak il-mekkaniżmu għall-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu fl-Unjoni.

Fejn xieraq, dik il-valutazzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva biex jiġi żviluppat mekkaniżmu għall-aggregazzjoni volontarja tad-domanda u għax-xiri konġunt tal-idroġenu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.