5. L-Istati Membri li ma ddeżinjawx operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, iżda li qed jippjanaw li jiżviluppaw networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu skont il-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, jistgħu jinnominaw entità bħala sieħeb assoċjat fi ħdan l-ENNOH. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta nominazzjoni skont dan il-paragrafu lill-ENNOH, lill-Kummissjoni u lill-ACER. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrevoka tali nominazzjoni f’kull ħin. Dik in-nominazzjoni għandha tiskadi meta operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu stabbilit fl-Istat Membru kkonċernat isir membru tal-ENNOH.