+Artikolu 57 Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu
---+Artikolu 57 1
---+Artikolu 57 2
---+Artikolu 57 3
---+Artikolu 57 4
---+Artikolu 57 5
---+Artikolu 57 6
---+Artikolu 57 7
---+Artikolu 57 8
---+Artikolu 57 9
---+Artikolu 57 10
---+Artikolu 57 11
---+Artikolu 57 12
|
Artikolu 57 Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1
|
1. L-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni permezz tal-ENNOH, biex jippromwovu l-iżvilupp u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-idroġenu u għal kummerċ transfruntier u biex tkun żgurata l-ġestjoni ottimali, operazzjoni kkoordinata u evoluzzjoni teknika soda tan-network Ewropew ta’ trażmissjoni tal-idroġenu.
|
|
Artikolu 57 2
|
2. L-ENNOH għandu jikkoopera mill-qrib mal-ENTSO tal-Elettriku u mal-ENTSO tal-Gass dwar l-identifikazzjoni tas-sinerġiji u t-trawwim tal-integrazzjoni tas-sistema fost it-trasportaturi tal-enerġija sabiex tiġi ffaċilitata l-effiċjenza ġenerali tas-sistema tal-enerġija.
|
|
Artikolu 57 3
|
3. L-ENNOH għandu jikkonsisti minn operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu ċertifikati skont l-Artikolu 71 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
L-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom ikunu eliġibbli biex isiru membri tal-ENNOH mill-bidu tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni mwettqa mill-awtorità regolatorja, soġġett għal:
|
(a)
|
ċertifikazzjoni pożittiva sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 71 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 imwettqa fi żmien 24 xahar minn meta jsiru membri tal-ENNOH; kif ukoll
|
|
(b)
|
mill-anqas l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-idroġenu b’deċiżjoni finali ta’ investiment fi żmien erba’ snin minn meta jsiru membri tal-ENNOH.
|
Jekk id-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni finali msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (a), ma tkunx ittieħdet fi żmien 24 xahar minn meta jsiru membri tal-ENNOH jew jekk id-deċiżjoni finali ta’ investiment imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (b), ma tkunx ittieħdet fi żmien erba’ snin minn meta jsiru membri tal-ENNOH, is-sħubija tal-ENNOH tal-operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandha tiskadi.
|
|
Artikolu 57 4
|
4. B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu li jibbenefika minn deroga mill-Artikolu 68 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 għandu jkun eliġibbli biex isir membru tal-ENNOH meta, dment dak l-operatur ikun stabbilit fi Stat Membru fejn l-ebda operatur ieħor tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu ma jkun membru tal-ENNOH skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw tali operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u għandhom jippreżentaw kwalunkwe nominazzjoni bħal din lill-ENNOH, lill-Kummissjoni u lill-ACER. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw tali nominazzjoni fi kwalunkwe ħin. Fejn l-operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu ma jkunx ħa deċiżjoni finali ta’ investiment fir-rigward ta’ proġett tal-infrastruttura tal-idroġenu fi żmien erba’ snin minn meta sar membrutal-ENNOH, is-sħubija tal-ENNOH ta’ dak l-operatur għandha tiskadi.
|
|
Artikolu 57 5
|
5. L-Istati Membri li ma ddeżinjawx operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, iżda li qed jippjanaw li jiżviluppaw networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu skont il-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, jistgħu jinnominaw entità bħala sieħeb assoċjat fi ħdan l-ENNOH. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta nominazzjoni skont dan il-paragrafu lill-ENNOH, lill-Kummissjoni u lill-ACER. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrevoka tali nominazzjoni f’kull ħin. Dik in-nominazzjoni għandha tiskadi meta operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu stabbilit fl-Istat Membru kkonċernat isir membru tal-ENNOH.
|
|
Artikolu 57 6
|
6. Meta jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni, l-ENNOH għandu jaġixxi bil-ħsieb li jistabbilixxi suq intern tal-idroġenu li jiffunzjona b’mod tajjeb u integrat, u għandu jikkontribwixxi għall-kisba effiċjenti u sostenibbli tal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta’ politika għall-enerġija u l-klima, b’mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-integrazzjoni effiċjenti tal-idroġenu ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika filwaqt li tinżamm is-sigurtà tas-sistema tal-idroġenu. L-ENNOH għandu jkollha riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettaq il-kompiti tiegħu.
|
|
Artikolu 57 7
|
7. Sal-1 ta’ Settembru 2024, l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-ACER, l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura, inkluż ir-regoli ta’ proċedura dwar il-konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra, tal-ENNOH li jrid jiġi stabbilit.
|
|
Artikolu 57 8
|
8. L-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-ACER, kwalunkwe abbozz tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura tal-ENNOH.
|
|
Artikolu 57 9
|
9. Fi żmien erba’ xhur minn meta jaslu l-abbozzi msemmija fil-paragrafu 7 u l-abbozz tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura msemmija fil-paragrafu 8, l-ACER għandha, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari lill-utenti tas-sistema tal-idroġenu, inkluż il-klijenti, tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar dawk l-abbozzi tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura.
|
|
Artikolu 57 10
|
10. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-ACER kif imsemmi fil-paragrafu 9, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta tasal dik l-opinjoni.
|
|
Artikolu 57 11
|
11. Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom jadottaw u jippubblikaw l-istatuti, il-lista tal-membri u r-regoli ta’ proċedura tal-ENNOH.
|
|
Artikolu 57 12
|
12. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 7 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-ACER meta jsirulhom xi bidliet jew meta ssir talba motivata mill-Kummissjoni jew mill-ACER. Il-Kummissjoni u l-ACER għandhom joħorġu l-opinjonijiet tagħhom f’konformità mal-paragrafi 9, 10 u 11.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|