6. Meta jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni, l-ENNOH għandu jaġixxi bil-ħsieb li jistabbilixxi suq intern tal-idroġenu li jiffunzjona b’mod tajjeb u integrat, u għandu jikkontribwixxi għall-kisba effiċjenti u sostenibbli tal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta’ politika għall-enerġija u l-klima, b’mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-integrazzjoni effiċjenti tal-idroġenu ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika filwaqt li tinżamm is-sigurtà tas-sistema tal-idroġenu. L-ENNOH għandu jkollha riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettaq il-kompiti tiegħu.