+Artikolu 60 1
|
Artikolu 60 1
1. Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għandu jinkludi t-tfassil tan-network integrat tal-idroġenu, l-iżvilupp tax-xenarju, prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea u valutazzjoni tal-kapaċità ta’ rkupru tas-sistema.
Il-pjan tal-żvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għandu, b’mod partikolari:
|
(a)
|
jibni fuq il-pjanijiet nazzjonali dwar l-iżvilupp tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kif stabbilit fl-Artikolu 55 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/869;
|
|
(b)
|
rigward l-interkonnessjonijiet transfruntieri, jibni wkoll fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tan-network u jintegra impenji ta’ perijodu fit-tul mill-investituri, kif imsemmija fl-Artikolu 55(7) tad-Direttiva (UE) 2024/1788; kif ukoll
|
|
(c)
|
jidentifika lakuni fl-investiment, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċitajiet transfruntiera meħtieġa, biex jiġu implimentati l-kurituri prijoritarji għall-idroġenu u l-elettrolizzaturi kif imsemmi fil-punt 3 tal-Anness I, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2022/869.
Rigward it-tieni subparagrafu, il-punt (c), mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha jista’ jinhemeż rieżami tal-ostakli għaż-żieda fil-kapaċità transfruntiera tan-network li jirriżultaw minħabba proċeduri jew prattiki ta’ approvazzjoni differenti. Tali rieżami jista’ jkun akkumpanjat, meta xieraq, minn pjan komprensiv biex jitneħħew tali ostakli u titħaffef l-implimentazzjoni tal-kurituri prijoritarji għall-idroġenu u l-elettrolizzaturi.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|