3. Waqt it-tfassil tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha, l-ENNOH għandu jikkoopera mal-ENTSO tal-Elettriku u mal-ENTSO tal-Gass, b’mod partikolari b’rabta mal-iżvilupp tal-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha u l-mudell interkonness tas-suq tal-enerġija u n-network, inkluż l-infrastruttura tat-trasport tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-idroġenu, kif ukoll il-ħażna tal-gass naturali, il-ħażna tal-idroġenu, l-LNG u t-terminals tal-idroġenu u l-elettrolizzaturi msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/869, ix-xenarji għall-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin imsemmija fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament u l-identifikazzjoni tal-lakuni fl-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.