10. L-ENTSO tal-Gass, jew l-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jlaqqa’ kumitat għall-abbozzar biex jassisti dan fil-proċess tal-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENNOH, meta xieraq tal-entità tal-UE għad-DSO, u minn għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENTSO tal-Gass, jew l-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta jintalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.