+Artikolu 71 Stabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network għall-gass naturali
---+Artikolu 71 1
---+Artikolu 71 2
---+Artikolu 71 3
---+Artikolu 71 4
---+Artikolu 71 5
---+Artikolu 71 6
---+Artikolu 71 7
---+Artikolu 71 8
---+Artikolu 71 9
---+Artikolu 71 10
---+Artikolu 71 11
---+Artikolu 71 12
---+Artikolu 71 13
---+Artikolu 71 14
---+Artikolu 71 15
|
Artikolu 71 Stabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network għall-gass naturali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:
|
(a)
|
regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network, inkluż regoli għas-sigurtà operazzjonali tan-network u regoli dwar l-affidabbiltà li jiżguraw il-kwalità tas-servizz tan-network;
|
|
(b)
|
regoli dwar il-konnessjoni tan-network, inkluż regoli dwar il-konnessjoni ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni tal-gass rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, u proċeduri għal talbiet ta’ konnessjoni;
|
|
(c)
|
proċeduri operazzjonali f’każ ta’ emerġenza, inkluż pjanijiet ta’ difiża tas-sistema, pjanijiet ta’ restawr, interazzjonijiet tas-swieq, skambju tal-informazzjoni u għodod tal-komunikazzjoni, u faċilitajiet;
|
|
(d)
|
regoli dwar il-kummerċ relatati mal-provvista teknika u operazzjonali ta’ servizzi ta’ aċċess għan-network u l-ibbilanċjar tas-sistema;
|
|
(e)
|
l-effiċjenza enerġetika tan-networks u l-komponenti tal-gass naturali kif ukoll l-effiċjenza enerġetika fir-rigward tal-ippjanar tan-network u l-investimenti li jabilitaw l-aktar soluzzjoni effiċjenti fl-enerġija minn perspettiva ta’ sistema;
|
|
(f)
|
l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transfruntieri tal-gass naturali, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
|
|
|
Artikolu 71 2
|
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:
|
(a)
|
regoli dwar l-interoperabbiltà għas-sistema tal-gass naturali, li jimplimentaw l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 10, 39 u 44 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, inkluż l-indirizzar ta’ ftehimiet ta’ interkonnessjoni, regoli dwar il-kontroll tal-flussi u prinċipji tal-kejl għall-kwantità tal-gass naturali u l-kwalità tal-gass, regoli dwar l-allokazzjoni u t-tqabbil, settijiet komuni ta’ unitajiet, skambju tad-data, kwalità tal-gass, inkluż regoli dwar il-ġestjoni tar-restrizzjonijiet transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass jew minħabba differenzi fil-prattiki ta’ odorizzazzjoni jew minħabba differenzi fil-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, analiżi tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-flussi transfruntieri, klassifikazzjoni tal-Indiċi Wobbe, miżuri ta’ mitigazzjoni, livelli minimi ta’ aċċettazzjoni għall-parametri tal-kwalità tal-gass rilevanti biex ikun żgurat fluss transfruntier bla xkiel tal-bijometan, pereżempju l-kontenut tal-ossiġenu, il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass fi żmien qasir u fit-tul, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq, ir-rapportar dwar il-kwalità tal-gass, it-trasparenza, il-proċeduri ta’ komunikazzjoni inkluż fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali;
|
|
(b)
|
regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni li jimplimentaw l-Artikoli 8 sa 11 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni fuq il-proċeduri ta’ manutenzjoni u kalkolu tal-kapaċità li jaffettwaw l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-istandardizzazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kapaċità inkluż ir-raggruppament, il-metodoloġija tal-allokazzjoni inkluż algoritmi tal-irkant, is-sekwenza u l-proċedura għall-kapaċità eżistenti, inkrimentali, kostanti u interruttibbli, il-pjattaformi ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità, skemi ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura, skemi ta’ użu jew telf għal perijodu qasir u għal perijodu fit-tul jew xi skema oħra ta’ ġestjoni tal-konġestjoni li tevita l-ikkapparrar tal-kapaċità;
|
|
(c)
|
regoli dwar l-ibbilanċjar, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċedura tan-nominazzjoni, regoli dwar l-imposti tal-iżbilanċ, il-proċessi ta’ ssetiljar assoċjati mal-imposta tal-iżbilanċ ta’ kuljum u regoli dwar l-ibbilanċjar operazzjonali bejn is-sistemi tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jimplimentaw l-Artikoli 8 sa 11 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 39(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(d)
|
regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati ta’ trażmissjoni li jimplimentaw l-Artikoli 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 78(7) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, inkluż regoli dwar l-applikazzjoni ta’ metodoloġija tal-prezz ta’ referenza, ir-rekwiżiti assoċjati ta’ konsultazzjoni u ta’ pubblikazzjoni inkluż għad-dħul permess jew immirat u l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ riżerva għall-prodotti ta’ kapaċità standard, skontijiet għat-terminal u l-ħażna tal-LNG, il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-għoti ta’ skont għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, inkluż prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni skont l-Artikolu 17(4) u l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, meta applikabbli;
|
|
(e)
|
regoli għad-determinazzjoni tal-valur tal-assi trasferiti u l-imposta dedikata.
|
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(3).
|
|
Artikolu 71 3
|
3. Kull tliet snin u wara konsultazzjoni mal-ACER, mal-ENTSO tal-Gass, mal-ENNOH, mal-entità tal-UE għad-DSO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network.
Jekk is-suġġett tal-kodiċi tan-network ikun relatat direttament mal-operazzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni u ma jkunx rilevanti primarjament għas-sistema ta’ trażmissjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-entità tal-UE għad-DSO, b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass, biex tlaqqa’ kumitat għall-abbozzar u tippreżenta proposta għal kodiċi tan-network lill-ACER.
|
|
Artikolu 71 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ACER biex fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx sitt xhur minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni, tippreżentalha linji gwida qafas mhux vinkolanti li jistabbilixxu prinċipji ċari u oġġettivi għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network relatati mal-oqsma identifikati fil-lista ta’ prijoritajiet. It-talba tal-Kummissjoni tista’ tinkludi kundizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mil-linji gwida qafas. Dawk il-linji gwida qafas għandhhom jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament tajjeb tas-suq. Meta ssir it-talba motivata tal-ACER, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perijodu għall-preżentazzjoni tal-linji gwida qafas.
|
|
Artikolu 71 5
|
5. L-ACER għandha tikkonsulta lill-ENTSO tal-Gass, lill-ENNOH, lill-entità tal-UE għad-DSO u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra dwar il-linji gwida qafas, għal perijodu ta’ mhux inqas minn xahrejn, b’mod miftuħ u trasparenti.
|
|
Artikolu 71 6
|
6. Meta tintalab tagħmel dan skont il-paragrafu 4, l-ACER għandha tippreżenta linji gwida qafas lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 71 7
|
7. Jekk il-Kummissjoni jkun jidhrilha li l-linji gwida qafas ma jikkontribwixxux għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament tajjeb tas-suq, din tista’ titlob lill-ACER biex twettaq rieżami tal-linji gwida qafas fi żmien raġonevoli u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 71 8
|
8. Jekk l-ACER tonqos milli tippreżenta jew milli tippreżenta mill-ġdid il-linji gwida qafas fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafi 4 jew 7, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-linji gwida qafas ikkonċernati.
|
|
Artikolu 71 9
|
9. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ENTSO tal-Gass, jew lill-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, biex fi żmien raġonevoli sa 12-il xahar minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni jippreżenta proposta lill-ACER għal kodiċi tan-network skont il-linji gwida qafas rilevanti.
|
|
Artikolu 71 10
|
10. L-ENTSO tal-Gass, jew l-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jlaqqa’ kumitat għall-abbozzar biex jassisti dan fil-proċess tal-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENNOH, meta xieraq tal-entità tal-UE għad-DSO, u minn għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENTSO tal-Gass, jew l-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta jintalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 71 11
|
11. L-ACER għandha tirrevedi l-proposta għal kodiċi tan-network propost biex tiżgura dan ikun jikkonforma mal-linji gwida qafas rilevanti u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament tajjeb tas-suq u, għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentata lill-Kummissjoni, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet kollha involuti fl-abbozzar tal-proposta għal kodiċi tan-network immexxija mill-ENTSO tal-Gass jew mill-entità tal-UE għad-DSO, u għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni riveduta tal-proposta għal kodiċi tan-network li jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 71 12
|
12. Meta l-ENTSO tal-Gass jew l-entità tal-UE għad-DSO jkunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ACER biex tħejji abbozz ta’ kodiċi tan-network abbażi tal-linji gwida qafas rilevanti. L-ACER tista’ tniedi konsultazzjoni ulterjuri bil-għan li jitħejja abbozz ta’ kodiċi tan-network skont dan il-paragrafu. L-ACER għandha tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni mħejji skont dan il-paragrafu, u tista’ tirrakkomanda li dan jiġi adottat.
|
|
Artikolu 71 13
|
13. Meta l-ENTSO tal-Gass jew l-entità tal-UE għad-DSO jkunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network, jew l-ACER tonqos milli tiżviluppa abbozz ta’ kodiċi tan-network kif imsemmi fil-paragrafu 12, il-Kummissjoni tista’,fuq inizjattiva tagħha stess, jew wara proposta mill-ACER skont il-paragrafu 11, tadotta kodiċi tan-network wieħed jew aktar fl-oqsma elenkati fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 71 14
|
14. Meta l-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva hija stess u tipproponi l-adozzjoni ta’ kodiċi tan-network kif imsemmi fil-paragrafu 13, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO tal-Gass u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-abbozz tal-kodiċi tan-network għal perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn.
|
|
Artikolu 71 15
|
15. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 74. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-ENTSO tal-Gass jiżviluppa gwida mhux vinkolanti fl-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu meta din il-gwida ma tkunx relatata mal-oqsma koperti minn talba indirizzata lill-ENTSO tal-Gass mill-Kummissjoni. L-ENTSO tal-Gass għandu jippreżenta kwalunkwe gwida bħal din lill-ACER għal opinjoni u għandu jqis dik l-opinjoni kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|