11. L-ACER għandha tirrevedi l-proposta għal kodiċi tan-network propost biex tiżgura dan ikun jikkonforma mal-linji gwida qafas rilevanti u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament tajjeb tas-suq u, għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentata lill-Kummissjoni, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet kollha involuti fl-abbozzar tal-proposta għal kodiċi tan-network immexxija mill-ENTSO tal-Gass jew mill-entità tal-UE għad-DSO, u għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni riveduta tal-proposta għal kodiċi tan-network li jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.