2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kodiċijiet tan-network fil-qasam tar-regoli ta’ trasparenza li jimplimentaw l-Artikolu 66, inkluż aktar dettalji dwar il-kontenut, il-frekwenza u l-forma tal-għoti tal-informazzjoni mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u billi timplimenta l-punt 4 tal-Anness I, inkluż dettalji dwar il-format u l-kontenut tal-informazzjoni meħtieġa għall-utenti tan-networks għal aċċess effettiv għan-network, l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata fil-punti rilevanti, u dettalji dwar l-iskedi taż-żmien.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).