+Artikolu 72 Stabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network għall-idroġenu
---+Artikolu 72 1
---+Artikolu 72 2
---+Artikolu 72 3
---+Artikolu 72 4
---+Artikolu 72 5
---+Artikolu 72 6
---+Artikolu 72 7
---+Artikolu 72 8
---+Artikolu 72 9
---+Artikolu 72 10
---+Artikolu 72 11
---+Artikolu 72 12
---+Artikolu 72 13
---+Artikolu 72 14
---+Artikolu 72 15

Artikolu 72 Stabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network għall-idroġenu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72 1

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:

(a)

l-effiċjenza enerġetika rigward in-networks u l-komponenti tal-idroġenu kif ukoll l-effiċjenza enerġetika rigward l-ippjanar tan-network u l-investimenti li jabilitaw l-aktar soluzzjoni effiċjenti fl-enerġija minn perspettiva ta’ sistema;

(b)

ir-regoli dwar l-interoperabbiltà għan-network tal-idroġenu, inkluż l-indirizzar tal-ftehimiet ta’ interkonnessjoni, l-unitajiet, l-iskambju tad-data, it-trasparenza, il-komunikazzjoni, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq kif ukoll il-kwalità tal-idroġenu, inkluż speċifikazzjonijiet komuni f’punti ta’ interkonnessjoni u standardizzazzjoni, odorizzazzjoni, analiżijiet tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu, u r-rapportar dwar il-kwalità tal-idroġenu;

(c)

regoli għas-sistema ta’ kumpens finanzjarju għall-infrastruttura transfruntiera tal-idroġenu msemmija fl-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2024/1788;

(d)

regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni fuq il-proċeduri ta’ manutenzjoni u kalkolu tal-kapaċità li jaffettwaw l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-istandardizzazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kapaċità inkluż ir-raggruppament, il-metodoloġija tal-allokazzjoni inkluż algoritmi tal-irkant, is-sekwenza u l-proċedura għall-kapaċità eżistenti, inkrimentali, kostanti u interruttibbli, il-pjattaformi ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità, skemi ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura, skemi ta’ użu jew telf għal perijodu qasir u għal perijodu fit-tul jew xi skema oħra ta’ ġestjoni tal-konġestjoni li tevita l-ikkapparrar tal-kapaċità;

(e)

regoli dwar l-istrutturi tariffarji armonizzati tal-aċċess għan-network tal-idroġenu, inkluż għal tariffi f’punti ta’ interkonnessjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(8), regoli dwar l-applikazzjoni ta’ metodoloġija tal-prezz ta’ referenza, ir-rekwiżiti assoċjati ta’ konsultazzjoni u ta’ pubblikazzjoni inkluż għal dħul permess jew immirat, u l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ riżerva għall-prodotti ta’ kapaċità standard u d-dħul permess;

(f)

regoli għad-determinazzjoni tal-valur tal-assi trasferiti u l-imposta dedikata;

(g)

regoli għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni intertemporali tal-ispejjeż;

(h)

regoli dwar l-ibbilanċjar, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċedura tan-nominazzjoni, regoli dwar l-imposti tal-iżbilanċ u regoli dwar l-ibbilanċjar operazzjonali bejn in-networks tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu, l-imposti tal-iżbilanċ, il-proċessi ta’ ssetiljar assoċjati mal-imposta tal-iżbilanċ ta’ kuljum u l-ibbilanċjar operazzjonali bejn in-networks tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu;

(i)

l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transfruntieri tal-idroġenu, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

Artikolu 72 2

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kodiċijiet tan-network fil-qasam tar-regoli ta’ trasparenza li jimplimentaw l-Artikolu 66, inkluż aktar dettalji dwar il-kontenut, il-frekwenza u l-forma tal-għoti tal-informazzjoni mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u billi timplimenta l-punt 4 tal-Anness I, inkluż dettalji dwar il-format u l-kontenut tal-informazzjoni meħtieġa għall-utenti tan-networks għal aċċess effettiv għan-network, l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata fil-punti rilevanti, u dettalji dwar l-iskedi taż-żmien.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).

Artikolu 72 3

3.   Kull tliet snin u wara konsultazzjoni mal-ACER, mal-ENNOH u, meta rilevanti, mal-ENTSO tal-Gass jew mal-entità tal-UE għad-DSO, kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ prijoritajiet għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network tal-idroġenu fi żmien sena mill-istabbiliment tal-ENNOH kif stabbilit fl-Artikolu 57.

Artikolu 72 4

4.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ACER biex fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx sitt xhur minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni tippreżentalha linji gwida qafas mhux vinkolanti li jistabbilixxu prinċipji ċari u oġġettivi għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network relatati mal-oqsma identifikati fil-lista ta’ prijoritajiet. It-talba tal-Kummissjoni tista’ tinkludi kundizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mil-linji gwida qafas. Dawk il-linji gwida qafas għandhom jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament adatt tas-suq. Meta ssir talba motivata tal-ACER, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perijodu għall-preżentazzjoni tal-linji gwida qafas.

Artikolu 72 5

5.   L-ACER għandha tikkonsulta lill-ENNOH u, meta rilevanti, lill-ENTSO tal-Gass, kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra dwar il-linji gwida qafas, għal perijodu ta’ mhux inqas minn xahrejn, b’mod miftuħ u trasparenti.

Artikolu 72 6

6.   Meta tintalab tagħmel dan skont il-paragrafu 4, l-ACER għandha tippreżenta linji gwida qafas lill-Kummissjoni.

Artikolu 72 7

7.   Jekk il-Kummissjoni jkun jidhrilha li l-linji gwida qafas ma jikkontribwixxux għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament tajjeb tas-suq, din tista’ titlob lill-ACER biex twettaq rieżami tal-linji gwida qafas fi żmien raġonevoli u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni.

Artikolu 72 8

8.   Jekk l-ACER tonqos milli tippreżenta jew milli tippreżenta mill-ġdid il-linji gwida qafas fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafi 4 jew 7, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-linji gwida qafas ikkonċernati.

Artikolu 72 9

9.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ENNOH biex fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx 12-il xahar minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni, jippreżenta lill-ACER proposta għal kodiċi tan-network f’konformità mal-linji gwida qafas rilevanti.

Artikolu 72 10

10.   L-ENNOH għandu jlaqqa’ kumitat għall-abbozzar biex jassistih fil-proċess tal-iżvilupp tal-kodiċi tan-network. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENTSO tal-Elettriku, u meta xieraq, tal-entità tal-UE għad-DSO, u minn għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENNOH għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta jintalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.

Artikolu 72 11

11.   L-ACER għandha tirrevedi l-proposta għal kodiċi tan-network biex tiżgura li dan jikkonforma mal-linji gwida qafas rilevanti u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament tajjeb tas-suq u għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentat lill-Kummissjoni, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet involuti kollha fl-abbozzar tal-proposta għal kodiċi tan-network immexxija mill-ENNOH u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni riveduta tal-proposta għal kodiċi tan-network li trid tippreżenta lill-Kummissjoni.

Artikolu 72 12

12.   Meta l-ENNOH jonqos milli żviluppa kodiċi tan-network fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ACER biex tfassal abbozz ta’ kodiċi tan-network abbażi tal-linji gwida qafas rilevanti. L-ACER tista’ tniedi aktar konsultazzjoni għall-finijiet tat-tħejjija ta’ abbozz ta’ kodiċi tan-network skont dan il-paragrafu. L-ACER għandha tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni mħejji skont dan il-paragrafu, u tista’ tirrakkomanda li dan jiġi adottat.

Artikolu 72 13

13.   Meta l-ENNOH jonqos milli jiżviluppa kodiċi tan-network, jew l-ACER tonqos milli tiżviluppa abbozz ta’ kodiċi tan-network kif imsemmi fil-paragrafu 12, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-inizjattiva hija stess, jew wara proposta mill-ACER skont il-paragrafu 11, u tadotta kodiċi tan-network wieħed jew aktar fl-oqsma elenkati fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 72 14

14.   Meta l-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva hija stess u tipproponi l-adozzjoni ta’ kodiċi tan-network kif imsemmi fil-paragrafu 13, hija għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENNOH, lill-ENTSO tal-Gass u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-abbozz tal-kodiċi tan-network għal perijodu ta’ mhux inqas minn xahrejn.

Artikolu 72 15

15.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 74. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-ENNOH jiżviluppa gwida mhux vinkolanti fl-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu meta dik il-gwida ma tkunx relatata mal-oqsma koperti minn talba indirizzata lill-ENNOH mill-Kummissjoni. L-ENNOH għandu jippreżenta kwalunkwe gwida bħal din lill-ACER għal opinjoni u għandu jqis dik l-opinjoni kif xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.