2. Il-Kummissjoni tista’, b’deċiżjoni, timponi multi fuq impriżi sa mhux aktar minn 1 % tal-fatturat totali fis-sena finanzjarja preċedenti meta, bi ħsieb jew b’negliġenza, dawk l-impriżi jipprovdu informazzjoni skorretta, inkompleta jew qarrieqa bħala tweġiba għat-talba għal informazzjoni li ssir skont l-Artikolu 76(4) jew meta jonqsu milli jagħtu informazzjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit b’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 76(6), l-ewwel subparagrafu. Meta tiffissa tal-ammont ta’ multa, il-Kummissjoni għandha tqis il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità tal-impriża mal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 70 sa 74 u l-linji gwida stabbiliti fl-Annessr-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.