+Artikolu 84 (3)

Artikolu 84 (3)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sal-1 ta’ Novembru 2026, l-ENTSOG għandu jwettaq simulazzjoni mal-Unjoni kollha ta’ xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura, inkluż xenarji ta’ interruzzjoni fit-tul ta’ sors uniku ta’ provvista. Is-simulazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-kurituri tal-provvista tal-gass ta’ emerġenza u għandha tidentifika wkoll liema Stati Membri jistgħu jindirizzaw ir-riskji identifikati, inkluż fir-rigward tal-ħażna tal-gass u tal-LNG kif ukoll xenarji li jeżaminaw l-impatt ta’ tnaqqis fid-domanda għall-gass permezz ta’ ffrankar tal-enerġija jew miżuri ta’ effiċjenza enerġetika. Ix-xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura u l-metodoloġija tas-simulazzjoni għandhom jiġu definiti mill-ENTSOG f’kooperazzjoni mal-GCG. L-ENTSOG għandu jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza u aċċess għall-preżunzjonijiet tal-mudell tiegħu li jintużaw fix-xenarji tiegħu. Is-simulazzjoni mal-Unjoni kollha tax-xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u fl-infrastruttura għandha tiġi ripetuta kull erba’ snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti.”

;

(b)

fil-paragrafu 4, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

billi jitqiesu r-riskji marbuta mal-kontroll tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass sa fejn dawn jistgħu jinvolvu, fost l-oħrajn, riskji ta’ sottoinvestiment, theddid għad-diversifikazzjoni, użu ħażin ta’ infrastruttura eżistenti, inkluż l-ikkapparrar tal-kapaċitajiet tal-ħażna, jew ksur tad-dritt tal-Unjoni;”

;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.