+Artikolu 84 Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1938
---+Artikolu 84 (1)
---+Artikolu 84 (2)
---+Artikolu 84 (3)
---+Artikolu 84 (4)
---+Artikolu 84 (5)
---+Artikolu 84 (6)
---+Artikolu 84 (7)
---+Artikolu 84 (8)
---+Artikolu 84 (9)
---+Artikolu 84 (10)
---+Artikolu 84 (11)
---+Artikolu 84 (12)
---+Artikolu 84 (13)
---+Artikolu 84 (14)
|
Artikolu 84 Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1938
Ir-Regolament (UE) 2017/1938 huwa emendat kif ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 84 (1)
|
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet bil-għan li jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni billi jiżguraw il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern għall-gass billi jippermetti l-implimentazzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jibqax f’pożizzjoni li jikkonsenja l-provvisti tal-gass meħtieġa, inkluż miżura ta’ solidarjetà bħala l-aħħar alternattiva, u billi jipprevedi d-definizzjoni u l-attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni rigward l-azzjoni preventiva u r-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista tal-gass. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’ trasparenza li jikkonċernaw, fi spirtu ta’ solidarjetà, il-koordinazzjoni tal-ippjanar għall-emerġenzi fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, u r-reazzjoni għalihom.”
|
|
Artikolu 84 (2)
|
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
jitħassar il-punt (1);
|
|
(b)
|
jiżdied il-punt li ġej:
|
“(32)
|
‘gass’ tfisser gass naturali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1788 (*1).
|
(*1) Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli u tal-gass naturali u tal-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj).”;"
|
|
|
Artikolu 84 (3)
|
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Sal-1 ta’ Novembru 2026, l-ENTSOG għandu jwettaq simulazzjoni mal-Unjoni kollha ta’ xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura, inkluż xenarji ta’ interruzzjoni fit-tul ta’ sors uniku ta’ provvista. Is-simulazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-kurituri tal-provvista tal-gass ta’ emerġenza u għandha tidentifika wkoll liema Stati Membri jistgħu jindirizzaw ir-riskji identifikati, inkluż fir-rigward tal-ħażna tal-gass u tal-LNG kif ukoll xenarji li jeżaminaw l-impatt ta’ tnaqqis fid-domanda għall-gass permezz ta’ ffrankar tal-enerġija jew miżuri ta’ effiċjenza enerġetika. Ix-xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura u l-metodoloġija tas-simulazzjoni għandhom jiġu definiti mill-ENTSOG f’kooperazzjoni mal-GCG. L-ENTSOG għandu jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza u aċċess għall-preżunzjonijiet tal-mudell tiegħu li jintużaw fix-xenarji tiegħu. Is-simulazzjoni mal-Unjoni kollha tax-xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u fl-infrastruttura għandha tiġi ripetuta kull erba’ snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti.”
; |
|
(b)
|
fil-paragrafu 4, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(e)
|
billi jitqiesu r-riskji marbuta mal-kontroll tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass sa fejn dawn jistgħu jinvolvu, fost l-oħrajn, riskji ta’ sottoinvestiment, theddid għad-diversifikazzjoni, użu ħażin ta’ infrastruttura eżistenti, inkluż l-ikkapparrar tal-kapaċitajiet tal-ħażna, jew ksur tad-dritt tal-Unjoni;”
|
;
|
|
|
Artikolu 84 (4)
|
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-paragrafu 1 huwa mħassar;
|
|
(b)
|
fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-kapitoli reġjonali għandhom jinkludu miżuri transfruntieri xierqa u effettivi, inkluż fir-rigward tal-ħażna tal-gass u tal-LNG, soġġett għal ftehim bejn l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri mill-istess gruppi ta’ riskju jew minn gruppi ta’ riskju differenti affettwati mill-miżura abbażi tas-simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) u l-valutazzjoni tar-riskju komuni.”
; |
|
|
Artikolu 84 (5)
|
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
Miżuri dwar iċ-ċibersigurtà
1. Meta jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-miżuri xierqa relatati maċ-ċibersigurtà.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli speċifiċi għas-settur tal-gass, għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-gass, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
3. Għall-fini li tabbozza l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-Aġenzija, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), mal-ENTSOG u ma’ għadd limitat ta’ partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin, kif ukoll ma’ entitajiet b’kompetenzi eżistenti fiċ-ċibersigurtà, fil-mandat tagħhom, bħaċ-Ċentri ta’ Operazzjoni għaċ-Ċibersigurtà (SOCs) rilevanti għall-entitajiet regolati, u l-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs), kif imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).
(*2) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).”;"
|
|
Artikolu 84 (6)
|
L-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(e)
|
miżuri preventivi oħra mfassla biex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju bħal dawk relatati mal-ħtieġa li jissaħħu l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien, biex tkompli tiżdied l-effiċjenza enerġetika, biex ikun evitat l-ikkapparrar tal-kapaċità, biex tonqos id-domanda għall-gass, u l-possibbiltà li jiġu diversifikati r-rotot tal-gass u s-sorsi tal-provvista tal-gass u l-użu reġjonali tal-kapaċitajiet eżistenti tal-ħażna u tal-LNG, jekk ikun xieraq, biex tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha sa fejn possibbli;”
|
;
|
|
(b)
|
jiżdied il-punt li ġej:
|
“(l)
|
informazzjoni dwar miżuri relatati maċ-ċibersigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 8a.”
|
;
|
|
|
Artikolu 84 (7)
|
fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“7a. B’deroga mill-Artikolu 6(1), (2) u (3), l-Artikolu 6b(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (a), l-Artikolu 6c(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 10(1), il-punt (l), l-Istati Membri jistgħu, eċċezzjonalment, jiddeċiedu li jieħdu miżuri temporanji biex inaqqsu l-konsum tal-gass mhux essenzjali tal-klijenti protetti, b’mod partikolari meta jiġi ddikjarat wieħed mil-livelli ta’ kriżi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni skont l-Artikolu 12. Tali miżuri temporanji għandhom ikunu limitati għall-konsum tal-gass mhux essenzjali u għandhom iqisu l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
l-impatt ta’ interruzzjoni fuq il-ktajjen tal-provvista kritiċi għas-soċjetà;
|
|
(b)
|
l-impatti negattivi possibbli fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari fuq il-ktajjen tal-provvista tas-setturi downstream li huma kritiċi għas-soċjetà;
|
|
(c)
|
il-ħsara potenzjali fit-tul lill-installazzjonijiet industrijali;
|
|
(d)
|
il-possibbiltajiet għat-tnaqqis fil-konsum u għas-sostituzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni.
|
Tali miżuri eċċezzjonali jistgħu jittieħdu biss wara valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet biex jiġu ddeterminati tali volumi mhux essenzjali ta’ gass.
Bħala riżultat tal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tnaqqis tal-konsum tal-gass mhux essenzjali ta’ klijenti vulnerabbli, kif definit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, għandu jiġi evitat.”
|
|
Artikolu 84 (8)
|
fl-Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jimmodifikaw l-azzjoni tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan il-fatt, jew għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għala ma jaqblux mat-talba. Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni tista’, fi żmien tlett ijiem minn meta tiġi infurmata, temenda jew tirtira t-talba tagħha jew tiltaqa’ mal-Istat Membru jew mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, mal-GCG sabiex jikkunsidraw il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet dettaljati tagħha għalfejn tkun talbet kwalunkwe modifika għall-azzjoni. L-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jimmodifikaw l-azzjoni tagħhom jew jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw il-konformità mal-paragrafu 5 sa fejn ikun teknikament possibbli u sikur għall-integrità tas-sistema tal-gass. L-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati.”
|
|
Artikolu 84 (9)
|
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-paragrafi 3, 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“3. Miżura ta’ solidarjetà għandha tiġi kkunsidrata bħala l-aħħar alternattiva u għandha tapplika dment li l-Istat Membru rikjedenti:
|
(a)
|
ikun iddikjara stat ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11;
|
|
(b)
|
ma jkunx kapaċi jkopri n-nuqqas fil-provvista tal-gass lill-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà minkejja l-applikazzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 11(3) jew, meta Stat Membru jkun ħa miżuri temporanji biex inaqqas il-konsum mhux essenzjali tal-gass ta’ klijenti protetti f’konformità mal-Artikolu 11(7a), il-volumi essenzjali tal-konsum tal-gass għall-klijenti protetti mis-solidarjetà tiegħu;
|
|
(c)
|
ikun eżawrixxa l-miżuri kollha bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji), il-miżuri kollha mhux ibbażati fuq is-suq (miżuri obbligatorji) u miżuri oħra li jinsabu fil-pjan ta’ emerġenza tiegħu;
|
|
(d)
|
ikun innotifika talba espliċita lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li magħhom huwa konness direttament jew skont il-paragrafu 2 permezz ta’ pajjiż terz, akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-miżuri implimentati msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu.
|
3a. L-Istati Membri li huma obbligati jipprovdu solidarjetà skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu intitolati jnaqqsu mill-offerta ta’ solidarjetà l-provvista għall-klijenti protetti mis-solidarjetà tagħhom jew, meta Stat Membru jkun ħa miżuri temporanji biex inaqqas il-konsum mhux essenzjali tal-gass ta’ klijenti protetti skont l-Artikolu 11(7a), il-provvisti tal-volumi essenzjali ta’ konsum tal-gass għall-klijenti protetti mis-solidarjetà tagħhom.
4. L-Istati Membri li jirċievu talba għal miżura ta’ solidarjetà għandhom jagħmlu l-offerti abbażi ta’ miżuri volontarji min-naħa tad-domanda sa fejn possibbli u għall-itwal żmien possibbli, qabel ma jirrikorru għal miżuri mhux ibbażati fuq is-suq.
Meta l-miżuri bbażati fuq is-suq ma jkunux biżżejjed għall-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà biex ikopri d-defiċit fil-provvista tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti, l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jista’ jintroduċi miżuri mhux ibbażati fuq is-suq biex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
5. Jekk ikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li jista’ jipprovdi s-solidarjetà lil Stat Membru rikjedenti, l-Istat Membru rikjedenti għandu, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kollha li jeħtieġ jipprovdu s-solidarjetà, jistinka għall-aktar offerta vantaġġuża abbażi tal-kostijiet, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass. Meta l-offerti disponibbli bbażati fuq is-suq juru li mhumiex biżżejjed biex ikopru d-defiċit fil-provvista tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti jew, meta l-Istat Membru rikjedenti jkun ħa miżuri temporanji biex inaqqas il-konsum tal-gass mhux essenzjali ta’ klijenti protetti f’konformità mal-Artikolu 11(7a), id-defiċit fil-provvista tal-gass tal-volumi essenzjali ta’ konsum tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà tiegħu, l-Istati Membri meħtieġa jipprovdu solidarjetà għandhom ikunu obbligati jattivaw miżuri mhux ibbażati fuq is-suq.”
; |
|
(b)
|
il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fl-ewwel subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
“Is-solidarjetà taħt dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta abbażi ta’ kumpens. L-Istat Membru li jitlob solidarjetà għandu jħallas minnufih jew jiżgura l-ħlas minnufih ta’ kumpens ġust lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà.
Meta żewġ Stati Membri jkunu qablu dwar l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa skont il-paragrafu 10 (ftehim ta’ solidarjetà), tali kumpens ġust għandu jkopri mill-anqas:”
; |
|
(ii)
|
it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Kumpens ġust skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jinkludi, fost l-oħrajn, l-ispejjeż raġonevoli kollha li l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jġarrab minn obbligu li jħallas kumpens minħabba d-drittijiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni u minħabba l-obbligi internazzjonali applikabbli meta jiġi implimentat dan l-Artikolu u spejjeż raġonevoli ulterjuri mġarrba mill-ħlas ta’ kumpens skont regoli nazzjonali dwar il-kumpens.
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji skont il-paragrafu 10, biex jiġu implimentati l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu. Tali miżuri jistgħu jipprevedu l-arranġamenti prattiċi għal ħlas minnufih.”
; |
|
|
(c)
|
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
“8a. Meta żewġ Stati Membri ma jkunux ftiehmu dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa skont il-paragrafu 10 permezz ta’ ftehim ta’ solidarjetà, il-konsenja tal-gass skont l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 fil-każ ta’ emerġenza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet f’dan il-paragrafu.
Il-kumpens għall-miżura ta’ solidarjetà ma għandux jaqbeż il-kostijiet raġonevoli. Sakemm kemm l-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà kif ukoll l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà ma jaqblux mod ieħor, il-kumpens għandu jinkludi:
|
(a)
|
il-prezz għall-gass fl-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà;
|
|
(b)
|
l-ispejjeż tal-ħażna u tat-trasport;
|
|
(c)
|
il-kostijiet ta’ litigazzjoni għall-proċedimenti ġudizzjarji jew ta’ arbitraġġ relatati li jinvolvu lill-Istat Membru li jkun qed jipprovdi s-solidarjetà;
|
|
(d)
|
kostijiet indiretti oħra li mhumiex koperti mill-prezz għall-gass, bħar-rimborż ta’ ħsarat finanzjarji jew ħsarat oħra li jirriżultaw minn tnaqqis infurzat ta’ tagħbija kostanti tal-klijenti mid-ditti b’rabta mal-għoti ta’ solidarjetà.
|
Sakemm l-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà u l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà ma jaqblux dwar prezz ieħor, il-prezz għall-gass ipprovdut lill-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà għandu jikkorrispondi għall-prezz tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem fl-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà, il-ġurnata ta’ qabel it-talba għas-solidarjetà jew il-prezz tas-suq korrispondenti ta’ ġurnata bil-quddiem fl-eqreb punt ta’ skambju, fl-eqreb punt ta’ negozjar virtwali aċċessibbli, jew f’hub maqbul matul il-ġurnata ta’ qabel it-talba għas-solidarjetà. Il-kumpens għall-volumi tal-gass ikkonsenjati fil-kuntest ta’ talba ta’ solidarjetà għandu jitħallas direttament mill-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jew lill-entità li ż-żewġ Stati Membri jindikaw fit-tweġiba tagħhom għat-talba ta’ solidarjetà u l-konferma tal-wasla u tal-volum li għandu jittieħed.
L-Istat Membru li lilu tkun indirizzata t-talba għal miżura ta’ solidarjetà għandu jipprovdi l-miżura ta’ solidarjetà mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-ħin ta’ konsenja indikat għat-talba. Stat Membru jista’ jirrifjuta li jipprovdi s-solidarjetà lil Stat Membru li jitlob solidarjetà dment li l-Istat Membru rikjedenti juri li:
|
(a)
|
ma għandux biżżejjed gass għall-volumi li għandhom jiġu fornuti għall-klijenti protetti mis-solidarjetà; jew
|
|
(b)
|
ma għandux biżżejjed kapaċità ta’ interkonnessjoni disponibbli, kif stipulat fl-Artikolu 13(7), jew il-flussi tal-gass huma ristretti permezz ta’ pajjiż terz.
|
Tali rifjut għandu jkun strettament limitat għall-volumi ta’ gass affettwati minn limitazzjoni waħda jew mit-tnejn li huma msemmija fir-raba’ subparagrafu.
Minbarra r-regoli prestabbiliti previsti f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar l-arranġamenti tekniċi u dwar il-koordinazzjoni tal-għoti ta’ solidarjetà. Dan il-paragrafu għandu jkunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti eżistenti għat-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema tal-gass.
8b. Meta żewġ Stati Membri ma jkunux qablu dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa skont il-paragrafu 10 permezz ta’ ftehim ta’ solidarjetà, l-Istat Membru li jitlob l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ solidarjetà għandu joħroġ talba ta’ solidarjetà lil Stat Membru ieħor, li tindika mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;
|
|
(b)
|
meta rilevanti, id-dettalji ta’ kuntatt tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni rilevanti tal-Istat Membru;
|
|
(c)
|
meta rilevanti, id-dettalji ta’ kuntatt tal-parti terza li taġixxi f’isem l-Istat Membru;
|
|
(d)
|
il-perijodu ta’ konsenja inkluż iż-żmien tal-ewwel kunsinna possibbli u d-durata antiċipata tal-konsenji;
|
|
(e)
|
il-punti ta’ konsenja u ta’ interkonnessjoni;
|
|
(f)
|
il-volum tal-gass f’kWh għal kull punt ta’ interkonnessjoni;
|
It-talba ta’ solidarjetà għandha tintbagħat, simultanjament, lill-Istati Membri li potenzjalment ikunu kapaċi jipprovdu miżuri ta’ solidarjetà, lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet deżinjati skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g).
L-Istati Membri li jirċievu talba ta’ solidarjetà għandhom jibagħtu tweġiba li tindika d-dettalji ta’ kuntatt imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), u l-volum u l-kwalità li jistgħu jiġu pprovduti lill-punti ta’ interkonnessjoni fiż-żmien mitlub kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (d) sa (g). Jekk il-volum li jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ miżuri volontarji ma jkunx biżżejjed, ir-rispons għandu jindika l-volum li jirriżulta minn tnaqqis possibbli, mir-rilaxx ta’ stokkijiet strateġiċi jew mill-applikazzjoni ta’ miżuri oħra.
It-talbiet ta’ solidarjetà għandhom jintbagħtu mill-anqas 48 siegħa qabel il-ħin tal-konsenja għall-gass indikat.
Ir-rispons għat-talbiet ta’ solidarjetà għandu jsir effettiv fi żmien 18-il siegħa. Il-konferma tal-volum li għandu jittieħed mill-Istat Membru li jitlob solidarjetà għandha ssir effettiva fi żmien sitt sigħat mill-wasla tal-offerta ta’ solidarjetà u mill-anqas 24 siegħa qabel il-ħin tal-konsenja għall-gass indikat. It-talba tista’ titressaq għal perijodu ta’ jum jew diversi jiem, u r-rispons għandu jaqbel mad-durata mitluba. Meta jkun hemm diversi Stati Membri li jipprovdu s-solidarjetà u jkunu fis-seħħ arranġamenti bilaterali ta’ solidarjetà ma’ wieħed jew aktar minnhom, dawk l-arranġamenti għandhom jipprevalu bejn l-Istati Membri li jkunu qablu b’mod bilaterali. Ir-regoli prestabbiliti previsti f’dan il-paragrafu għandhom ikunu applikabbli biss fir-rigward tal-Istati Membri l-oħra li jipprovdu s-solidarjetà.
Il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ solidarjetà, b’mod partikolari permezz ta’ mudell aċċessibbli fuq pjattaforma online sigura li tippermetti t-trażmissjoni f’ħin reali tat-talbiet u tal-offerti.
8c. Meta tiġi pprovduta miżura ta’ solidarjetà f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, l-ammont finali tal-kumpens li jkun tħallas mill-Istat Membru rikjedenti għandu jkun soġġett għal kontroll ex post mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru fornitur u tal-Istat Membru rikjedenti, fi żmien tliet xhur minn tmiem l-emerġenza.
Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma jkunux laħqu ftehim dwar il-kalkolu tal-ammont finali tal-kumpens ġust, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mingħajr dewmien. F’dak il-każ, jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-Aġenzija għandha tikkalkula l-livell xieraq ta’ kumpens ġust għall-ispejjeż indiretti li jkunu saru b’riżultat tal-għoti tas-solidarjetà u tipprovdi opinjoni fattwali fi żmien tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Aġenzija. Qabel tagħti tali opinjoni fattwali, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta l-Aġenzija titlob aktar informazzjoni. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda mill-għada li tasal l-informazzjoni sħiħa. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiġi kkonsultat u jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-konklużjoni tal-kontroll ex post. Wara l-konsultazzjoni mal-Istat Membru rikjedenti, l-awtorità li teżerċita dak il-kontroll ex post hija intitolata li titlob rettifika tal-ammont tal-kumpens, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Istat Membru rikjedenti. Il-konklużjonijiet ta’ dak il-kontroll ex post għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, li għandha tqishom fir-rapport tagħha dwar l-emerġenza skont l-Artikolu 14(3).”
; |
|
(d)
|
Il-paragrafi 10 u 11 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“10. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-gass jiġi fornut lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqblu dwar arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji. Tali arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji għandhom jiġu miftiehma bejn l-Istati Membri li jkunu direttament konnessi jew, f’konformità mal-paragrafu 2, li jkunu konnessi permezz ta’ pajjiż terz, u għandhom jiġu deskritti fil-pjanijiet ta’ emerġenza rispettivi tagħhom. Tali arranġamenti jistgħu jkopru, fost affarijiet oħra, l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
is-sikurezza operazzjonali tan-networks;
|
|
(b)
|
il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati u l-metodoloġija għall-iffissar tal-prezzijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-impatt fuq il-funzjonament tas-suq;
|
|
(c)
|
l-użu tal-interkonnessjonijiet, inklużi l-kapaċità bidirezzjonali u l-ħżin tal-gass taħt l-art;
|
|
(d)
|
il-volumi tal-gass jew il-metodoloġija għall-iffissar tal-volumi;
|
|
(e)
|
il-kategoriji tal-ispejjeż li jridu jiġu koperti permezz ta’ kumpens ġust u fil-pront, li jistgħu jinkludu danni għall-industrija affettwata;
|
|
(f)
|
indikazzjoni tal-metodu li bih jista’ jiġi kkalkulat kumpens ġust.
|
L-arranġament finanzjarju miftiehem bejn l-Istati Membri qabel ma tintalab is-solidarjetà għandu jkun fih dispożizzjonijiet li jippermettu l-kalkolu tal-kumpens ġust mill-anqas għall-ispejjeż rilevanti u raġonevoli kollha mġarrba meta tiġi pprovduta solidarjetà u impenn li tali kumpens ser jitħallas.
Kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kumpens għandu jipprovdi inċentivi favur parteċipazzjoni f’soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq bħal irkanti u mekkaniżmi fin-naħa tad-domanda. Ma għandux joħloq inċentivi perversi, inkluż fit-termini finanzjarji, għall-parteċipanti tas-suq biex jipposponu l-azzjoni tagħhom sakemm jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq. Il-mekkaniżmi ta’ kumpens kollha jew mill-inqas is-sommarju tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-pjani ta’ emerġenza.
Meta jinħolqu kostijiet raġonevoli ġodda u sinifikanti li għandhom jiġu inklużi fil-kumpens ġust, b’riżultat ta’ proċedimenti ġudizzjarji skont il-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, il-punt (c) wara l-konklużjoni tal-kontroll ex post, l-Istat Membru fornitur għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru rikjedenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandhom iwettqu kontroll ex post ġdid skont il-paragrafu 8c. L-eżitu ta’ dak il-kontroll ex post ġdid huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu li Stat Membru fornitur jikkumpensa għad-danni lill-klijenti skont il-liġi nazzjonali u d-dritt tagħhom li jirċievu kumpens ġust.
11. Sakemm Stat Membru jkun jista’ jkopri l-konsum tal-gass għall-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà mill-produzzjoni tiegħu stess, ma għandux jitqies meħtieġ li jikkonkludi arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji ma’ Stati Membri li magħhom huwa direttament konness jew, f’konformità mal-paragrafu 2, permezz ta’ pajjiż terz, għall-fini li jirċievi s-solidarjetà. Dan ma għandux jaffettwa l-obbligu tal-Istat Membru rilevanti li jipprovdi solidarjetà lil Stati Membri oħra skont dan l-Artikolu.”
; |
|
(e)
|
il-paragrafi 12, 13 u 14 huma mħassra;
|
|
(f)
|
l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“15. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jibqgħu japplikaw immedjatament wara d-dikjarazzjoni tat-tmiem ta’ emerġenza jew meta l-Kummissjoni tikkonkludi, f’konformità mal-Artikolu 11(8), l-ewwel subparagrafu, li d-dikjarazzjoni ta’ emerġenza mhijiex jew ma għadhiex ġustifikata.”
; |
|
|
Artikolu 84 (10)
|
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 13a
Kooperazzjoni bejn Stati Membri konnessi indirettament bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji)
1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika, dan l-Artikolu għandu japplika meta l-Istati Membri li jkunu konnessi indirettament permezz ta’ Stat Membru ieħor u li jkunu rċevew talba għal kontribuzzjoni volontarja skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jikkontribwixxu biex jipprovdu l-volumi tal-gass mitluba skont l-Artikolu 13(1) jew (2), bl-użu ta’ miżuri volontarji kif imsemmi fl-Artikolu 13(3), il-punt (c).
2. L-Istat Membru li jitlob solidarjetà skont l-Artikolu 13 jista’ jibgħat talba għal kontribuzzjoni volontarja abbażi ta’ miżuri bbażati fuq is-suq simultanjament lil Stat Membru wieħed jew aktar konnessi indirettament biex ifittex l-aktar offerta vantaġġuża jew kombinazzjoni ta’ offerti, abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass skont l-Artikolu 13(4).
It-talbiet skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri konnessi indirettament li potenzjalment ikunu jistgħu jipprovdu volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji, lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tal-konsenja indikat għall-gass. Dawk it-talbiet għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8b), l-ewwel subparagrafu.
L-Istati Membri li jirċievu t-talba skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom iwieġbu lill-Istat Membru rikjedenti, u jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), fi żmien 18-il siegħa, filwaqt li jindikaw jekk jistgħux jagħmlu offerta għal volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji. It-tweġiba għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8a). L-Istati Membri jistgħu jirrispondu billi jindikaw l-inabbiltà tagħhom li jikkontribwixxu bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq.
3. Meta s-somma tal-volumi tal-gass li jirriżultaw mill-offerti skont l-Artikolu 13(1) u (2) u l-offerti skont dan l-Artikolu ma tilħaqx il-volumi meħtieġa, l-offerti skont dan l-Artikolu għandhom jintgħażlu awtomatikament.
Meta s-somma tal-volumi tal-gass li jirriżultaw mill-offerti skont l-Artikolu 13(1) u (2) u l-offerti skont dan l-Artikolu taqbeż il-volumi meħtieġa, l-offerti skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu fil-proċess tal-għażla tal-offerti skont l-Artikolu 13(4), u l-Istat Membru rikjedenti għandu, wara li jikkonsulta mal-Istati Membri involuti kollha, ifittex l-aktar offerta vantaġġuża, jew taħlita ta’ offerti fost l-offerti skont l-Artikolu 13 jew dan l-Artikolu, abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni. Meta l-kontribuzzjonijiet skont dan l-Artikolu jintgħażlu mill-Istati Membri rikjedenti, it-talba skont l-Artikolu 13(1) u (2) għandha titnaqqas kif xieraq.
L-Istat Membru rikjedenti għandu jinforma lill-Istati Membri kkonċernati liema volumi jkun għażel fi żmien sitt sigħat minn meta jirċievi l-offerta u mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħin indikat tal-konsenja tal-gass.
4. Meta Stat Membru konness indirettament jipprovdi kontribuzzjoni volontarja abbażi ta’ miżuri bbażati fuq is-suq lill-Istat Membru rikjedenti skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens ġust ma għandux jaqbeż il-kostijiet raġonevoli u jista’ jinkludi l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 13(8a), it-tieni subparagrafu. L-ammont finali tal-kumpens ġust għandu jkun soġġett għall-mekkaniżmu ta’ kontroll ex post deskritt fl-Artikolu 13(8c).
5. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni bl-użu tas-Sistema ReCo għall-Gass stabbilita mill-ENTSOG skont l-Artikolu 3(6), sabiex jiġu identifikati l-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni disponibbli fi żmien sitt sigħat minn talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni. L-ENTSOG għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif xieraq.”
|
|
Artikolu 84 (11)
|
fl-Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Wara emerġenza, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem l-emerġenza, valutazzjoni dettaljata tal-emerġenza u l-effikaċja tal-miżuri implimentati, inkluża valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-emerġenza, l-impatt fuq is-settur tal-elettriku u l-assistenza pprovduta lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha, jew riċevuta mingħandhom. Meta jkun rilevanti, dik il-valutazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkostanzi li wasslu għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 13 u l-kundizzjonijiet li skonthom ġew riċevuti l-provvisti tal-gass nieqsa, inklużi l-prezz u l-kumpens finanzjarju mħallas, u, meta jkun rilevanti, ir-raġunijiet għaliex l-offerti ta’ solidarjetà ma ġewx aċċettati jew il-gass ma ġiex fornut. Tali valutazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-GCG u għandha tiġi riflessa fl-aġġornamenti tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza.”
|
|
Artikolu 84 (12)
|
fl-Artikolu 17a, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“2. Ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni sat-28 ta’ Frar 2025 għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ġenerali tal-applikazzjoni tal-Artikoli 6a sa 6d, l-Artikolu 7(1) u (4), il-punt (g), l-Artikolu 13, l-Artikolu 13a, l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17a, l-Artikolu 18a, l-Artikolu 20(4), u l-Annessi Ia u Ib. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva għal emenda ta’ dan ir-Regolament.”
|
|
Artikolu 84 (13)
|
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fil-paragrafu 2, is-sentenza li ġejja tiddaħħal wara l-ewwel sentenza:
“Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8a(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Awwissu 2024.”
; |
|
(b)
|
fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(8), fl-Artikolu 7(5), fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 8a(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”
; |
|
(c)
|
fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5) jew l-Artikolu 8a(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw.”
; |
|
|
Artikolu 84 (14)
|
l-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fit-taqsima 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), it-tieni subparagrafu, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż “miżuri għad-diversifikazzjoni tar-rotot tal-gass u tas-sorsi tal-provvista,”:
|
“—
|
miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità;”
|
;
|
|
(b)
|
fit-taqsima 11.3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), it-tieni subparagrafu, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż “miżuri għad-diversifikazzjoni tar-rotot tal-gass u tas-sorsi tal-provvista,”:
|
“—
|
miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità;”.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|