+Artikolu 85 (7)

Artikolu 85 (7)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ACER, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inkluż l-awtoritajiet regolatorji, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-bejgħ tal-elettriku u tal-gass naturali bl-ingrossa u bl-imnut, b’mod partikolari l-livelli u l-formazzjoni tal-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa, sabiex tiffaċilita li l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jidentifikaw l-imġiba antikompetittiva, inġusta jew mhux trasparenti potenzjali mill-operaturi tas-suq, u fir-rigward tal-konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/944 u fid-Direttiva (UE) 2024/1788, l-impatt tal-iżviluppi tas-swieq fuq il-klijenti domestiċi, l-aċċess għan-networks inkluż l-aċċess għall-elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-progress miksub rigward l-interkonnetturi, l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier, inkluż l-impatt tat-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali u l-ostakli għall-fluss transfruntier tal-bijometan, l-ostakli regolatorji għal parteċipanti ġodda fis-suq u parteċipanti iżgħar fis-suq, inklużi l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, interventi mill-istat li jevitaw li l-prezzijiet jirriflettu l-iskarsezza reali, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2019/943, il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li titqies, b’mod partikolari, l-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2019/941.

L-ACER, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inklużi l-awtoritajiet regolatorji, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-idroġenu, b’mod partikolari l-impatt tal-iżviluppi tas-suq fuq il-klijenti tal-idroġenu, l-aċċess għan-network tal-idroġenu, inkluż l-aċċess għan-network tal-idroġenu prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-progress miksub rigward l-interkonnetturi, u l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ACER għandha tippubblika rapport fuq bażi annwali dwar ir-riżultati tal-attività ta’ monitoraġġ tagħha imsemmija fil-paragrafu 1. F’dak ir-rapport, hija għandha tidentifika kull ostaklu għat-tlestija tas-swieq interni fl-elettriku, il-gass naturali u l-idroġenu.”

;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-ACER għandha tippubblika studji li jqabblu l-effiċjenza tal-kostijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789.

7.   L-ACER għandha tippreżenta opinjonijiet li jipprovdu format armonizzat għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni teknika dwar l-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u tippubblika rapport tal-monitoraġġ dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni skont il-linji gwida stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.