+Artikolu 85 Emendi għar-Regolament (UE) 2019/942
---+Artikolu 85 (1)
---+Artikolu 85 (2)
---+Artikolu 85 (3)
---+Artikolu 85 (4)
---+Artikolu 85 (5)
---+Artikolu 85 (6)
---+Artikolu 85 (7)

Artikolu 85 Emendi għar-Regolament (UE) 2019/942

Ir-Regolament (UE) 2019/942 huwa emendat kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 85 (1)

fl-Artikolu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

tagħti opinjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-ENTSO tal-Elettriku lill-ENTSO tal-Gass, lin-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks għall-Idroġenu (ENNOH), lill-entità tal-UE għad-DSO, liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali, lill-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku, u lill-entitajiet stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu jew l-operaturi tan-networks tal-idroġenu;”

;

Artikolu 85 (2)

fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta mitluba mill-ACER, l-awtoritajiet regolatorji, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH, iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali, l-entità tal-UE għad-DSO, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu, l-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku, u l-entitajiet stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu jew l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu għandhom jipprovdu l-informazzjoni lill-ACER bl-istess livell ta’ dettall meħtieġ għall-fini ta’ twettiq tal-kompiti tal-ACER skont dan ir-Regolament, sakemm l-ACER ma tkunx diġà talbet u rċeviet din l-informazzjoni.”

Artikolu 85 (3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-ACER għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ statuti, il-lista ta’ membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura tal-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u dwar dawk tal-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u dwar dawk tal-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 57(9) tar-Regolament (UE) 2024/1789 u dwar dawk tal-entità tal-UE għad-DSO f’konformità mal-Artikolu 53(3) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) 2024/1789.

2.   L-ACER għandha timmonitorja t-twettiq tal-kompiti tal-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/943, tal-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u tal-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u tal-entità tal-UE għad-DSO kif stabbilit fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2024/1789.

3.   L-ACER tista’ tagħti opinjoni:

(a)

lill-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 30(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/943, lill-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789 u lill-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament dwar il-kodiċijiet tan-network;

(b)

lill-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2019/943, lill-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789, u lill-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789 dwar l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u dwar id-dokumenti rilevanti l-oħra msemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2024/1789, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb u sigur tas-suq intern tal-elettriku, l-idroġenu u tal-gass naturali;

(c)

lill-entità tal-UE għad-DSO dwar l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali u dokumenti rilevanti oħrajn imsemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) 2024/1789, b’kont meħud tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb u sikur tas-suq intern tal-elettriku, l-idroġenu u tal-gass naturali.

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (ĠU L, 2024/1789, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1789/oj).”;"

(b)

il-paragrafi 6, 7 u 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jikkoordinaw sabiex jidentifikaw b’mod konġunt jekk hemmx nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-ENTSO tal-Elettriku, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENNOH, tal-entità tal-UE għad-DSO jew taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni, u għandhom jieħdu azzjoni xierqa f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (c), u mal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew mal-Artikolu 78(1), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

Fuq talba ta’ awtorità regolatorja waħda jew aktar jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-ACER għandha toħroġ opinjoni motivata kif ukoll rakkomandazzjoni lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lill-ENNOH, lill-entità tal-UE għad-DSO jew liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali fir-rigward tal-konformità mal-obbligi tagħhom.

7.   Meta opinjoni motivata tal-ACER tidentifika każ potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità tal-ENTSO tal-Elettriku, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENNOH, tal-entità tal-UE għad-DSO jew ta’ ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi rispettivi tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom b’mod unanimu jieħdu deċiżjonijiet koordinati biex jistabbilixxu jekk hemmx nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti u, meta applikabbli, jiddeterminaw il-miżuri li jridu jittieħdu mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH, mill-entità tal-UE għad-DSO jew miċ-ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali biex jirrimedjaw dak in-nuqqas ta’ konformità. Meta l-awtoritajiet regolatorji jonqsu milli jieħdu dawn id-deċiżjonijiet ikkoordinati b’mod unanimu fi żmien erba’ xhur mid-data minn meta tasal l-opinjoni motivata tal-ACER, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni skont l-Artikolu 6(10).

8.   Meta n-nuqqas ta’ konformità mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH, mill-entità tal-UE għad-DSO jew minn ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali, li jkun ġie identifikat f’konformità mal-paragrafi 6 jew 7 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunx ġie rimedjat fi żmien tliet xhur, jew meta l-awtorità regolatorja fl-Istat Membru li fih l-entità jkollha s-sede tagħha ma tkunx ħadet azzjoni biex tiżgura l-konformità, l-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-awtorità regolatorja biex tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (c), u mal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew mal-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788, sabiex tiżgura li l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH, l-entità tal-UE għad-DSO jew iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, u għandha tinforma lill-Kummissjoni.

(**)  Id-Direttiva 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj).”;"

Artikolu 85 (4)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ACER għandha tipparteċipa fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u tal-linji gwida f’konformità mal-Artikolu 61(6) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 74(5) tar-Regolament (EU) 2024/1789. B’mod partikolari għandha:

(a)

tippreżenta linji gwida qafas mhux vinkolanti lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan f’konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(4) jew l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2024/1789 L-ACER għandha twettaq rieżami tal-linji gwida qafas u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(7) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(7) jew l-Artikolu 72(7) tar-Regolament (UE) 2024/1789;

(b)

tirrivedi l-kodiċi għan-network f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mal-Artikolu 71(11) jew l-Artikolu 72(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789. Fir-reviżjoni tagħha, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet involuti fl-abbozzar ta’ dak il-kodiċi tan-network rivedut, immexxi mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH jew mill-entità tal-UE għad-DSO, u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tippreżenta lill-Kummissjoni. Għal dak il-għan, l-ACER tista’ tuża l-kumitat għall-abbozzar stabbilit skont il-kodiċijiet tan-network meta xieraq. L-ACER għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet. Sussegwentement, l-ACER għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mal-Artikolu 71(11) jew l-Artikolu 72(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789. Meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network, l-ACER għandha tħejji u tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(12) jew l-Artikolu 72(12) tar-Regolament (UE) 2024/1789;

(c)

tagħti opinjoni debitament motivata lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 27(1) jew 64(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789, meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network imfassal f’konformità mal-Artikolu 30(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikolu 26(1) jew fl-Artikolu 59(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1789 jew kodiċi tan-network li jkun ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 59(3) sa (12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(3) sa (12) jew l-Artikolu 72(3) sa (12) tar-Regolament (UE) 2024/1789 iżda li ma ġiex adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 59(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew skont l-Artikolu 71(13) jew l-Artikolu 72(13) tar-Regolament (UE) 2024/1789.

(d)

timmonitorja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u l-linji gwida adottati f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2024/1789, u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli maħsuba biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-suq u fuq in-nondiskriminazzjoni, fuq il-kompetizzjoni effettiva u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.”

Artikolu 85 (5)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sal-5 ta’ Lulju 2022, u mbagħad kull erba’snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 76(6) tad-Direttiva (UE) 2024/1788.”

;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fuq talba ta’ awtorità regolatorja waħda jew aktar jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-ACER għandha tagħti opinjoni fattwali rigward il-konformità ta’ deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (UE) 2024/1789, id-Direttiva (UE) 2019/944, jew id-Direttiva (UE) 2024/1788, jew ma’ dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta’ dawk ir-regolamenti jew direttivi, jew mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1938.”

;

(c)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“9a.   L-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji, fir-rigward tal-metodoloġiji għall-istabbiliment tal-allokazzjoni intertemporali tal-kostijiet skont l-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1789.

L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji, fir-rigward tal-bażijiet tal-assi regolatorji skont l-Artikolu 5(6), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1789.

9b.   L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass skont l-Artikolu 21(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789.

9c.   L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu skont l-Artikolu 55(8) tar-Regolament (UE) 2024/1789.

9d.   L-ACER għandha tippubblika rapporti ta’ monitoraġġ dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni skont il-punt 2.2.1(2) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789.”

;

(d)

il-paragrafu 10 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ACER għandu jkollha l-kompetenza li tadotta deċiżjonijiet individwali dwar kwistjonijiet regolatorji li jkollhom effetti fuq il-kummerċ transfruntier jew is-sigurtà tas-sistemi transfruntiera li jeħtieġu deċiżjoni konġunta ta’ mill-anqas żewġ awtoritajiet regolatorji, meta dawk il-kompetenzi jkunu ġew konferiti lill-awtoritajiet regolatorji skont wieħed mill-atti ġuridiċi li ġejjin:

(a)

att leġiżlattiv tal-Unjoni adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja;

(b)

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u r-reviżjonijiet sussegwenti ta’ dawk il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida;

(c)

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

(d)

il-linji gwida skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789; jew

(e)

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 71 sa 74 tar-Regolament (UE) 2024/1789.”

;

(ii)

fit-tieni subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jilħqux ftehim fi żmien sitt xhur mir-riferiment tal-każ lill-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji jew fi żmien erba’ xhur fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew tal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;”

;

(iii)

it-tielet u r-raba’ subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistgħu jitolbu, b’mod konġunt, li l-perjodu msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġi estiż b’perjodu sa sitt xhur, ħlief fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788.

Meta l-kompetenzi biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjonijiet transfruntiera msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu ġew ikkonferiti lill-awtoritajiet regolatorji f’kodiċijiet tan-network jew linji gwida ġodda msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti delegati wara l-4 ta’ Lulju 2019, l-ACER għandha tkun kompetenti biss fuq bażi volontarja skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fuq talba minn mill-inqas 60 % tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti. Meta jkunu involuti żewġ awtoritajiet regolatorji biss, kwalunkwe waħda minnhom tista’ tirreferi l-każ lill-ACER.”

;

(e)

fil-paragrafu 12, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien sitt xhur mid-data tar-riferiment, jew fi żmien erba’ xhur minnha fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788; u”

;

Artikolu 85 (6)

l-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b’mod partikolari fil-proċess ta’ żvilupp ta’ linji gwida ta’ qafas skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789, u tul il-proċess biex jiġu proposti emendi tal-kodiċijiet tan-network skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2024/1789 l-ACER għandha tikkonsulta, b’mod estensiv, fi stadju bikri mal-parteċipanti fis-suq, mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, mal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, mal-konsumaturi, mal-utenti finali u, meta rilevanti, mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza rispettiva tagħhom, b’mod miftuħ u trasparenti, b’mod partikolari meta l-kompiti tagħha jkunu jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u lill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu.”

Artikolu 85 (7)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ACER, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inkluż l-awtoritajiet regolatorji, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-bejgħ tal-elettriku u tal-gass naturali bl-ingrossa u bl-imnut, b’mod partikolari l-livelli u l-formazzjoni tal-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa, sabiex tiffaċilita li l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jidentifikaw l-imġiba antikompetittiva, inġusta jew mhux trasparenti potenzjali mill-operaturi tas-suq, u fir-rigward tal-konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/944 u fid-Direttiva (UE) 2024/1788, l-impatt tal-iżviluppi tas-swieq fuq il-klijenti domestiċi, l-aċċess għan-networks inkluż l-aċċess għall-elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-progress miksub rigward l-interkonnetturi, l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier, inkluż l-impatt tat-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali u l-ostakli għall-fluss transfruntier tal-bijometan, l-ostakli regolatorji għal parteċipanti ġodda fis-suq u parteċipanti iżgħar fis-suq, inklużi l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, interventi mill-istat li jevitaw li l-prezzijiet jirriflettu l-iskarsezza reali, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2019/943, il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li titqies, b’mod partikolari, l-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2019/941.

L-ACER, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inklużi l-awtoritajiet regolatorji, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-idroġenu, b’mod partikolari l-impatt tal-iżviluppi tas-suq fuq il-klijenti tal-idroġenu, l-aċċess għan-network tal-idroġenu, inkluż l-aċċess għan-network tal-idroġenu prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-progress miksub rigward l-interkonnetturi, u l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ACER għandha tippubblika rapport fuq bażi annwali dwar ir-riżultati tal-attività ta’ monitoraġġ tagħha imsemmija fil-paragrafu 1. F’dak ir-rapport, hija għandha tidentifika kull ostaklu għat-tlestija tas-swieq interni fl-elettriku, il-gass naturali u l-idroġenu.”

;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-ACER għandha tippubblika studji li jqabblu l-effiċjenza tal-kostijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789.

7.   L-ACER għandha tippreżenta opinjonijiet li jipprovdu format armonizzat għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni teknika dwar l-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u tippubblika rapport tal-monitoraġġ dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni skont il-linji gwida stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789.”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.