+Artikolu 5 (1)

Artikolu 5 (1)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ restawr li huma meħtieġa biex jittejbu għal kundizzjoni tajba ż-żoni tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhumiex f’kundizzjoni tajba. Dawk il-miżuri ta’ restawr għandhom ikunu fis-seħħ:

(a) 

sal-2030, fuq mill-inqas 30 % sal-2030 tal-erja totali tal-gruppi 1 sa 6 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 15;

(b) 

sal-2040, fuq mill-inqas 60 % u, sal-2050, fuq mill-inqas 90 % tal-erja ta’ kull wieħed mill-gruppi 1 sa 6 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 15;

(c) 

sal-2040, fuq mill-inqas żewġ terzi tal-perċentwal imsemmi fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu tal-erja tal-grupp 7 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 15; u

(d) 

sal-2050, fuq perċentwal, identifikat f’konformità mal-Artikolu 14(3), tal-erja tal-grupp 7 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 15.

Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit sabiex ma jwaqqafx milli jinkiseb jew jinżamm stat ambjentali tajjeb, kif determinat skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1991
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.