3. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-doveri tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Chicago). F’dak il-kuntest, dan ir-Regolament għandu l-għan li jassisti, fl-oqsma li jkopri, lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, billi jipprovdi bażi għall-interpretazzjoni komuni u l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tiegħu, u billi jiżgura li dawk id-dispożizzjonijiet jitqiesu kif jixraq f’dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-implimentazzjoni tiegħu.