+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1
|
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-ħolqien u l-funzjonament effettiv tal-Ajru Uniku Ewropew biex jissaħħu l-istandards tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru, biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru u titjieb il-prestazzjoni ġenerali tas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tan-navigazzjoni bl-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa, bil-ħsieb li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru. L-Ajru Uniku Ewropew għandu jikkonsisti minn network pan-Ewropew koerenti, spazju tal-ajru progressivament aktar integrat, ġestjoni tan-network u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bbażati fuq is-sikurezza, l-effiċjenza, l-interoperabbiltà u l-modernizzazzjoni teknoloġika, għall-benefiċċju tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru, taċ-ċittadini u tal-ambjent.
|
|
Artikolu 1 2
|
2. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti tal-Istati Membri relatati mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika u ma’ kwistjonijiet tad-difiża, kif stipulat fl-Artikolu 55. Dan ir-Regolament ma jkoprix l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari. Il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari għandha tiġi żgurata biex jiġu identifikati u indirizzati l-impatti potenzjali tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq attivitajiet militari.
|
|
Artikolu 1 3
|
3. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-doveri tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Chicago). F’dak il-kuntest, dan ir-Regolament għandu l-għan li jassisti, fl-oqsma li jkopri, lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, billi jipprovdi bażi għall-interpretazzjoni komuni u l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tiegħu, u billi jiżgura li dawk id-dispożizzjonijiet jitqiesu kif jixraq f’dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-implimentazzjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 1 4
|
4. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ispazju tal-ajru fir-reġjun EUR tal-ICAO fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw dan ir-Regolament għall-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’reġjuni oħra tal-ICAO, dment li jinformaw b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|