2. Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti nazzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 4(5) u mill-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istat Membru li l-awtorità kompetenti nazzjonali tiegħu hija responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139, skont l-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament, għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti stipulati f’dan l-Artikolu fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rigward ir-robustezza finanzjarja, ir-responsabbiltà, il-kopertura tal-assigurazzjoni, is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139.