1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi ta’ fornituri ta’ servizzi oħra li huma ċċertifikati jew li ddikjaraw il-kapaċità tagħhom f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139. Din il-kooperazzjoni għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament fejn applikabbli.
Għal fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 8 u fornitur tas-servizzi tal-MET ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 10, din il-kooperazzjoni għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati.