2. Ir-rwol tal-PRB għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni twettaq il-kompiti tal-Kummissjoni relatati mal-funzjonament dettaljat tal-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti stabbiliti fl-Artikoli 21 sa 27 u fl-Artikoli 29 sa 32, rispettivament, kif ukoll skont l-Artikolu 34, u fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 28 u 33. Għal dan il-fini, il-PRB għandu jipprovdi opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, materjal ta’ gwida u rapporti lill-Kummissjoni, f’konformità mal-prijoritajiet definiti mill-Kummissjoni.