2. Il-membri tal-PRB, inkluż il-President, għandhom jinħatru abbażi tal-mertu u tal-ħiliet u l-esperjenza rilevanti għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew għar-regolamentazzjoni ekonomika tal-industriji tan-network, f’konformità mal-kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà definiti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 20. Il-proċess tal-ħatra għal tali membri għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-kompetenza u l-għarfien espert kif ukoll tal-ġeneru u l-oriġini ġeografika.