+Artikolu 14 Kompożizzjoni tal-PRB
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
|
Artikolu 14 Kompożizzjoni tal-PRB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. Il-PRB għandu jkun magħmul minn seba’ membri, inkluż il-president tiegħu. Il-membri tal-PRB għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim li skontu dawk il-pajjiżi japplikaw ir-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti. Il-mandat li ma jiġġeddidx tal-membri tal-PRB għandu jkun ta’ 5 snin.
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Il-membri tal-PRB, inkluż il-President, għandhom jinħatru abbażi tal-mertu u tal-ħiliet u l-esperjenza rilevanti għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew għar-regolamentazzjoni ekonomika tal-industriji tan-network, f’konformità mal-kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà definiti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 20. Il-proċess tal-ħatra għal tali membri għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-kompetenza u l-għarfien espert kif ukoll tal-ġeneru u l-oriġini ġeografika.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha, wara sejħa pubblika għal espressjoni ta’ interess, tistabbilixxi l-lista ta’ kandidati li għandhom ikunu membri, u l-President, tal-PRB li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.
Il-membri u l-President tal-PRB għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn dik il-lista, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u wara proċedura ta’ selezzjoni stabbilita abbażi tal-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista ta’ riżerva abbażi tal-lista msemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu.
Membri li ma jibqgħux kapaċi jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ħidma tal-PRB, li jirriżenjaw jew li ma għadhomx jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jiġu sostitwiti minn persuni mil-lista ta’ riżerva, maħtura f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, għall-bqija tal-mandat ta’ dawk il-membri.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati tas-sejħiet għal applikazzjonijiet u bil-listi msemmija fil-paragrafi 3 u 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|