1. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tivvaluta, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti nazzjonali mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti nazzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 4(5), jekk is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom jissodisfawx il-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni approvati f’konformità mal-Artikolu 24 u jekk dawk il-pjanijiet ġewx implimentati korrettament, u għandha timplimenta l-iskemi ta’ inċentivi msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (i).