+Artikolu 25 Monitoraġġ tal-prestazzjoni
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4

Artikolu 25 Monitoraġġ tal-prestazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tivvaluta, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti nazzjonali mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti nazzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 4(5), jekk is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom jissodisfawx il-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni approvati f’konformità mal-Artikolu 24 u jekk dawk il-pjanijiet ġewx implimentati korrettament, u għandha timplimenta l-iskemi ta’ inċentivi msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (i).

Artikolu 25 2

2.   L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha toħroġ rapporti regolari dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 u jagħmluhom disponibbli għall-Kummissjoni. Ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(3).

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-data meħtieġa għal tali monitoraġġ lill-awtorità superviżorja nazzjonali. Dan għandu jinkludi informazzjoni u data relatati mal-kostijiet reali tas-servizzi pprovduti u akkwistati u d-dħul relatat.

Artikolu 25 3

3.   Sal-punt li l-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jkollu mezzi raġonevoli biex itaffi l-impatt ta’ fatturi esterni, meta l-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni ma jintlaħqux jew il-pjan ta’ prestazzjoni ma jiġix implimentat b’mod korrett, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha teżiġi li l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati jimplimentaw miżuri korrettivi. Dawk il-miżuri korrettivi għandhom ikunu adegwati biex itejbu l-prestazzjoni u proporzjonati, b’mod partikolari billi jitqiesu l-interdipendenzi mas-sikurezza u bejn l-oqsma ta’ prestazzjoni, u l-impatt fuq in-network.

Meta l-miżuri korrettivi imposti ma jiġux applikati kif suppost, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa u jinforma lill-Kummissjoni. Fil-każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti persistenti, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(2) u 34(3).

Artikolu 25 4

4.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-prestazzjoni tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-funzjonijiet tan-network abbażi tar-rapporti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-analiżi tad-data riċevuta u għandha twettaq valutazzjonijiet regolari tal-kisba ġenerali tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u tippreżenta r-riżultati lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 48(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.