2. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha toħroġ rapporti regolari dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 u jagħmluhom disponibbli għall-Kummissjoni. Ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(3).
Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-data meħtieġa għal tali monitoraġġ lill-awtorità superviżorja nazzjonali. Dan għandu jinkludi informazzjoni u data relatati mal-kostijiet reali tas-servizzi pprovduti u akkwistati u d-dħul relatat.