1. Il-Maniġer tan-Network għandu, għal kull perjodu referenzjarju, ifassal, f’konformità mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv imsemmi fl-Artikolu 38(11), abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network.
L-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għandu jsir wara l-istabbiliment ta’ miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju kkonċernat. Dan għandu jkun fih miri ta’ prestazzjoni fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a).