+Artikolu 26 Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
|
Artikolu 26 Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. Il-Maniġer tan-Network għandu, għal kull perjodu referenzjarju, ifassal, f’konformità mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv imsemmi fl-Artikolu 38(11), abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network.
L-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għandu jsir wara l-istabbiliment ta’ miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju kkonċernat. Dan għandu jkun fih miri ta’ prestazzjoni fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a).
|
|
Artikolu 26 2
|
2. L-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni u l-adozzjoni.
|
|
Artikolu 26 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network abbażi tal-kriterji essenzjali li ġejjin:
|
(a)
|
kunsiderazzjoni tal-prestazzjoni maż-żmien, għall-perjodu referenzjarju kopert mill-pjan ta’ prestazzjoni, u għall-perjodu ta’ żmien li jinkludi kemm il-perjodu referenzjarju preċedenti kif ukoll il-perjodu referenzjarju kopert mill-pjan ta’ prestazzjoni kif ukoll kontribut lejn il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha;
|
|
(b)
|
il-kompletezza u l-konsistenza tal-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network mil-lat ta’ data u materjali ta’ appoġġ, inkluż suppożizzjonijiet ewlenin applikati u tbassir tat-traffiku.
|
|
|
Artikolu 26 4
|
4. Meta l-Kummissjoni ssib li l-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network hu komplut u juri titjib adegwat fil-prestazzjoni, din għandha tadotta l-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network bħala pjan definittiv. Inkella, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Maniġer tan-Network biex jippreżenta abbozz rivedut tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|