3. F’każ ta’ kriżi tan-network, bħal kunflitti ġeopolitiċi, kriżijiet tas-saħħa jew diżastru naturali, li tipprevjeni l-ħruġ ta’ tbassir affidabbli tat-traffiku, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jinkludu s-sospensjoni temporanja jew adattament tal-iskema ta’ prestazzjoni sakemm tintemm il-kriżi tan-network u jkunu disponibbli previżjonijiet affidabbli ġodda. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet relatati, inkluż l-adattamenti meħtieġa għall-imposti applikabbli, fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.