+Artikolu 27 Reviżjoni tal-miri ta’ prestazzjoni u tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni waqt perjodu referenzjarju
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2
---+Artikolu 27 3
---+Artikolu 27 4

Artikolu 27 Reviżjoni tal-miri ta’ prestazzjoni u tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni waqt perjodu referenzjarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1

1.   Meta, waqt perjodu referenzjarju, il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha ma jibqgħux adegwati, fid-dawl ta’ ċirkostanzi jew kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza li nbidlu b’mod sinifikanti, u meta r-reviżjoni ta’ mira waħda jew aktar tkun meħtieġa u proporzjonata, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. L-Artikolu 22 għandu japplika għal din id-deċiżjoni.

Meta, wara tali reviżjoni, il-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni adottati skont l-Artikolu 24(6) ma jibqgħux konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jirrevedu dawk il-pjanijiet fir-rigward tal-miri ta’ prestazzjoni kkonċernati. L-Artikoli 23, 24 u 25 għandhom japplikaw għar-reviżjoni ta’ dawk il-pjanijiet. Il-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(8) tista’ tkun limitata, għall-fini ta’ dan is-subparagrafu, għall-miri ta’ prestazzjoni u partijiet tal-abbozzi ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni li huma direttament jew indirettament affettwati mir-reviżjoni.

Wara r-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom iħejju abbozzi ġodda tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, li għalihom għandhom japplikaw l-Artikoli 23, 24 u 25. Il-Maniġer tan-Network għandu jfassal abbozz ġdid tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network, li għalih għandu japplika l-Artikolu 26.

Artikolu 27 2

2.   Id-deċiżjoni dwar il-miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-perjodu taż-żmien sakemm isiru applikabbli l-pjanijiet ta’ prestazzjoni definittivi riveduti. Il-miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ma għandhomx japplikaw b’mod retroattiv.

Artikolu 27 3

3.   F’każ ta’ kriżi tan-network, bħal kunflitti ġeopolitiċi, kriżijiet tas-saħħa jew diżastru naturali, li tipprevjeni l-ħruġ ta’ tbassir affidabbli tat-traffiku, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jinkludu s-sospensjoni temporanja jew adattament tal-iskema ta’ prestazzjoni sakemm tintemm il-kriżi tan-network u jkunu disponibbli previżjonijiet affidabbli ġodda. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet relatati, inkluż l-adattamenti meħtieġa għall-imposti applikabbli, fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 27 4

4.   L-Istati Membri jistgħu, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jirrevedu mira ta’ prestazzjoni waħda jew diversi tul perjodu referenzjarju meta jintlaħqu l-livelli limiti ta’ allert, jew meta jintwera li d-data inizjali, is-suppożizzjonijiet u r-raġunamenti li jirfdu l-miri ta’ prestazzjoni ma għadhomx aktar preċiżi b’mod sinifikanti u dejjiemi minħabba ċirkostanzi li ma kinux imbassra waqt l-adozzjoni tal-pjan ta’ prestazzjoni. Jekk tikkonkludi li r-reviżjoni hija meħtieġa u proporzjonata u li l-miri ta’ prestazzjoni riveduti huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tapprova din ir-reviżjoni.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jirrevedu l-pjanijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-miri kkonċernati, f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 23 u 24. Il-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(8) tista’ tkun limitata, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għall-miri ta’ prestazzjoni u partijiet mill-pjanijiet ta’ prestazzjoni li huma direttament jew indirettament affettwati mir-reviżjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.